IT-TIENI REBHA FL-EWROPAby Pierre Borg
Kontra celta vigo waslet it-tieni rebha konsekuttiva fl-ewropa league biex issa ninsabu punti massimi f’zewp loghbiet. Ghal kemm ir-rizultat kien wiehed pozittiv u dak l-aqwa ma’ nistghawx nghidu l-istess ghal prestazzjoni tat-tim.
Kellna l-ewwel taqsima bl-istess monotonija tas soltu, fl-opinjoni tieghi bl-istess zbalji medjokri u bl-istess konfuzjoni tas-soltu, bl-istess tidwir tal-ballun , loghob slow u nuqqas ta’ determinazjoni bi players bhal koopmeiners , woltemade , cambiaso jiddominaw bhas soltu f’ loghob medjokri. Celta vigo bhal kull tim li qed nilghabu kontra bil-maqlub taghna kienu determinati , veloci u mal-ewwel azzjoni qlajna l-gowl fotokopja li qlajna kontra l-cagliari.
Dan huwa sinjal iehor li ma’ nbidel xejn u li ghalkemm nassistu ghal hafna dikjarazjonijiet mil-players u l-kowc li ser nirrangaw u nkunu aktar kattivi jibqa biss paroli ghaliex kif nigu fil-pitch naqaw dejjem fl-istess monotonija.
Fortunatament fit-tieni taqsima celta vigo naqsu mir ritmu u gibna d-dro permezz ta’ rigal tad-difensur li pogga l-ballun letteralment f’ saqajn woltemade li fl-ahhar tefa fix xibka wara li kellu partita assolutament bla sugu, nerga nghid x’ raw id-dirigrenti f’ dan il-player?!
Fl-ahhar dahqitilna ukoll ftit il-fortuna u wasal il-gowl tar rebha minn kolomuani li mil-ftit crosses li nitfaw rega tefa fix xibka ghat tieni darba konsekuttiva u taghna t-tlett punti mportantissimi.
Nerga nghid l-aqwa li gie r-rizultat izda l-problemi tattici u l-kwalita ghadom difetti kbar fl-iskwadra taghna u jidher li rridu nghixu gurnata b’ gurnata. Nhar il-hadd gejja loghba ohra iebsa kontra lazio li sa issa kienu wahda mis sorprizi tal-kampjonat .mhux ser tkun facli izda bhal dejjem,
FORZA JUVE FIT TAJJEB U L -HAZIN.

