Juventus-Atalanta 1-1by Aleandro Bartolo
Punt għal Juventus fil-partita kontra Atalanta. Partita tassew mill-isbaħ fejn it-timijiet lagħbu futbol sabiħ. Kienet partita missielta u bbilanċjata, b’Juventus jidhrilna li kienu ħarira aħjar mill-avversarji u setgħu ħadu t-tliet punti. Ronaldo u Morata żbaljaw l-okkażjonijiet li kellhom, imma dawn huma affarijiet li jiġru. Salvawna kemm-il darba u konvinti li se jkun hemm ħafna aktar okkażjonijiet fejn se jkunu determinanti għar-rebħiet. Minkejja li t-tliet punti ma waslux, għandna nkunu tassew kuntent bil-wirja tat-tim. Pirlo u l-istaff tiegħu jidhru li rnexxilhom jgħaqqdu lit-tim. Wirjiet tajba kontra tim bħall-Atalanta huam xiehda li Juventus huma kompetittivi u se jkunu qed jiġġieldu għar-rebħ tal-kampjonat anki dis-sena.
JUVENTUS-ATALANTA 1-1
Skurjaw: Chiesa (J), Freuler (A)
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, De Ligt, Bonucci, Danilo; McKennie, Bentancur, Arthur (Rabiot), Chiesa (Alex Sandro); Morata (Dybala), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Atalanta (3-4-2-1): Gollini; Djimsiti, Romero, Palomino; Hateboer, De Roon, Freuler, Gosens; Malinovsky (Miranchuk), Pessina (Gomez); Zapata (Muriel). KowċGasperini.
Referee: Doveri
Karti sofor: Romero (A), Rabiot (J), De Roon (A), Morata (J), McKennie (J).
Matthew Scerri