Juventus-Benevento 0-1by Aleandro Bartolo
Telfa li tista’ titqies bħala l-abdikazzjoni ta’ Juventus. Iċ-champions renjanti għal disa’ snin sħaħ illum tilfu l-aħħar ċans biex jidħlu bl-opportunità li jirbħu l-kampjonat. Kif ktibna drabi oħra, Juventus kellhom kollox fuq il-karta biex jirbħu l-kampjonat anki dis-sena, biss fil-grawnd rarissimu wrew li huma aħjar mill-avversarji. Fi seba’ xhur Pirlo ma rnexxilu jibni tim. Il-kwalità tal-logħob kważi dejjem kienet fjakka u f’ħafna partiti t-tim żbalja totalment l-approċċ għall-partita. Kontra tim ta’ kwalità baxxa bħal Benevento, Juventus kisbu biss punt f’żewġ partiti (u ma kienx ħaqqhom iktar minn hekk!). Xbajna naraw tim jilgħab ħażin, plejers iqassmu ħażin u jagħmlu żbalji li lanqas it-tfal iż-żgħar ma jagħmlu. Juventus dis-sena ma ħaqqhomx jirbħu l-kampjonat għal dak li wrew illum u fil-maġġor parti tal-partiti ta’ dis-sena!
JUVENTUS-BENEVENTO 0-1
Skurja: Gaich (B)
Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci, De Ligt, Bernardeschi; Chiesa, Arthur (Bentancur), Rabiot (McKennie), Kulusevski; Morata, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Benevento (3-5-2): Montipò; Tuia, Barba, Caldirola; Improta, Hetemaj (Dabo) , Viola, Ionita, Foulon (Tello); Lapadula (Caprari), Gaich (Di Serio). Kowċ: Inzaghi.
Referee: Abisso.
Karti sofor: Tuia (B), Bernardeschi (J), Barba (B), Tello (B), Bentancur (J).
Matthew Scerri