Juventus-Cagliari 2-0by Aleandro Bartolo
Rebħa oħra għal Juventus fil-kampjonat f’partita li kompliet turi progressi kbar kemm mill-aspett tattiku kif ukoll minn dak atletiku. Il-Bianconeri ddominaw il-partita u rnexxilhom jesprimu l-logħob li riedu. Pirlo u l-istaff tiegħu solvew ħafna mill-problemi tal-ewwel ħarġiet: it-tim issa hu ferm iktar ibbilanċjat; id-difiża hi inqas esposta għall-kontrattakki tal-avversarji; filwaqt li nofs il-grawnd qed jibda jieħu l-fiżjonomija tiegħu b’Arthur li minn partita għall-oħra qed jieħu dejjem iktar f’idejh il-midfield. Rajna futbol sabiħ, fast, mingħajr ħafna tiki taka għalxejn. Ronaldo hu l-istilla li kulħadd jaf. De Ligt hu blata fuq wara. Bernardeschi, fl-aħħar, kellu wirja tasew tajba. Ma’ dawn irridu nżidu lill-plejers kollha l-oħra għax verament kulħadd lagħab tajjeb. Naħseb li nistgħu ngħidu li din hi l-Juventus li xtaqna naraw fil-bidu tal-istaġun!
JUVENTUS-CAGLIARI 2-0
Skurja: 2 Ronaldo (J)
Juventus (4-4-2): Buffon; Cuadrado, De Ligt, Demiral, Danilo (Alex Sandro); Kulusevski (Chiesa), Arthur (Bentancur, Rabiot (McKennie), Bernardeschi; Morata (Dybala), Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Cagliari (4-2-3-1): Cragno; Pisacane, Walukiewicz, Klavan (Carboni), Tripaldelli (Sottil); Marin (Caligara), Rog; Zappa, Joao Pedro, Ounas (Oliva); Simeone (Pavoletti). Kowċ: Di Francesco.
Referee: Maresca.
Karti sofor: Rabiot (J), Tripaldelli (C), Danilo (J), Arthur (J), Sottil (C).
Matthew Scerri