• Youtube
  • Facebook
  • Instagram
  • Soundcloud
  • 0Shopping Cart
Juventus Club Vero Amore Malta
  • Merħba
  • Sħubija
    • Issieħeb Online
    • Issieħeb Bil-Posta
  • Juventus Card
  • Klabb
    • Sponsors
    • Aħbarijiet
  • Ikkuntattjana
  • Turin
    • Lukanda
  • Ħanut
  • Search
  • Menu Menu

Juventus f’idejn tim ta’ esperti. U Del Piero?by Matthew Scerri

Eżatt mar-riżenja ta’ Andrea Agnelli flimkien mal-membri kollha tal-Bord tad-Diretturi, Juventus ħabbru l-ħatra ta’ Maurizio Scanavino biex ikun id-Direttur Ġenerali l-ġdid tal-klabb. Hu espert fil-management u mexxa b’suċċess diversi kumpaniji li jiffurmaw parti mid-dinja tal-Fiat. Scanavino hu ħabib intimu ta’ Elkann sa minn żmien l-universita’ u jista’ jitqies bħala person of trust tiegħu. Fil-passat ħadem mill-qrib ma’ Sergio Marchionne biex isaħħaħ il-management tal-Fiat.

L-għada mbagħad Exor ħabbru li fit-18 ta’ Jannar 2023 se jressqu l-kandidatura ta’ Gianluca Ferrero għall-kariga ta’ President ta’ Juventus. Hu accountant/awditur espert u ta’ fama internazzjonali. Saħansitra hu l-awditur personali tal-membri tal-familja Agnelli.

L-ismijiet l-oħra tad-diriġenti l-ġodda u tal-Bord tad-Diretturi li se jkunu pproponuti min-naħa ta’ Exor għadhom ma tħabbrux. Kollox jindika li se jkunu kollha (jew kważi) esperti fil-qasam legali u finanzjarju bil-għan li Juventus ikunu difiżi sew f’dil-burraxka u fl-istess ħin jitranġaw id-difetti li hemm fl-istruttura amministrattiva tal-klabb.

Il-kapitlu Del Piero. Madwar erbat ijiem ilu kellna l-aħbar li Del Piero se jkun qed jifforma parti mid-diriġenza Juventina. Del Piero stess fuq Instagram kiteb li ma jħossx li għandu “jikkummenta aħbarijiet li jistgħu jsiru spekulazzjonijiet”. Kif għidna Elkann irid diriġenti esperti fil-qasam legali u finanzjarju. Hemm indikazzjonijiet li verament jista’ jkun eks plejer Juventin fid-diriġenza, biss dan x’aktarx se jkun figurehead iktar minn kollox. Mhux suppost ikollu, biex niftehmu, l-istess responsabbiltajiet ta’ Bettega jew Nedved. Semmai xogħlu se jkun li jiddjaloga mat-tim flimkien ma’ Cherubini, u fl-istess ħin ikun il-kelliem tal-klabb mas-supporters u l-media. Jekk huwiex se jkun Del Piero jew le li jokkupa fil-pożizzjoni s’issa mhux magħruf. Għalissa l-aħbar ta’ Del Piero tidher li biss spekulazzjoni min-naħa tal-gazzetti u xejn iktar.

Fit-18 ta’ Jannar se jkollna l-ħatra tal-Bord il-ġdid tad-Diretturi. Sa dakinhar probabbli jkollna idea ċara wkoll dwar id-diriġenti l-ġodda. Ta’ min jgħid li l-bidliet li qed isiru ntlaqgħu tajjeb mis-swieq u mill-investituri tant li x-shares ta’ Juventus, għalkemm tilfu mill-valur tagħhom, ma kellhomx il-kollass li normalment wieħed jistenna f’każijiet bħal dawn.

Matthew Scerri

  • Share on Facebook
  • Share on Twitter
  • Share on WhatsApp
  • Share on LinkedIn

AĦBARIJIET OĦRAJN

AĦBARIJIET KOLLHA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (30 ta’ Marzu 2023) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (29 ta’ Marzu 2023) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (28 ta’ Marzu 2023) AQRA
28 ta’ Marzu 1998: Juventus-Milan 4-1 AQRA
Tkompli l-kumpilazzjoni tal-kawża fil-Qrati Ċivili AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (27 ta’ Marzu 2023) AQRA
Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Marzu) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (26 ta’ Marzu 2023) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (25 ta’ Marzu 2023) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (24 ta’ Marzu 2023) AQRA

IKKUNTATJANA

Triq Madre Maria Theresa Spinelli
Birkirkara BKR 4920
Malta

Email – [email protected]

Ħinijiet tal-Ftuħ:

Kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn is-6:30pm u 8:00pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus.

Waqt ħinijiet tal-ftuħ ċempel 21480851
Ħinijiet oħra ċempel jew SMS 79618994

Fejn ssibna

RATI SĦUBIJA MAL-CLUB

Adult ( 16 – 64 sena ) – €25

Anzjan ( 65 sena+ ) – €15

Żgħażagħ ( 13 – 15-il sena ) – €10

Junior ( 6 – 12-il sena ) – €5

Baby ( 0 – 5 snin ) – FREE

© Copyright - NLG
  • Youtube
  • Facebook
  • Instagram
  • Soundcloud
Kif wasalna s’hawn X’jistgħu jeħlu Juventus?
Scroll to top
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept All”, you consent to the use of ALL the cookies. However, you may visit "Cookie Settings" to provide a controlled consent.
Cookie SettingsAccept All
Manage consent

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
cookielawinfo-checkbox-analytics11 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checkbox-functional11 monthsThe cookie is set by GDPR cookie consent to record the user consent for the cookies in the category "Functional".
cookielawinfo-checkbox-necessary11 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies is used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
cookielawinfo-checkbox-others11 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Other.
cookielawinfo-checkbox-performance11 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Performance".
viewed_cookie_policy11 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether or not user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Functional
Functional cookies help to perform certain functionalities like sharing the content of the website on social media platforms, collect feedbacks, and other third-party features.
Performance
Performance cookies are used to understand and analyze the key performance indexes of the website which helps in delivering a better user experience for the visitors.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Advertisement
Advertisement cookies are used to provide visitors with relevant ads and marketing campaigns. These cookies track visitors across websites and collect information to provide customized ads.
Others
Other uncategorized cookies are those that are being analyzed and have not been classified into a category as yet.
SAVE & ACCEPT