Juventus-Genoa 3-1by Aleandro Bartolo
Juventus kisbu tliet punti b’rebħa tajba fuq Genoa. Diffiċli tikteb kumment dwar dil-partita mingħajr ma jkollhoma taqsamha f’tliet partijiet. Fl-Ewwel Taqsima Juventus lagħbu tajjeb ferm u kellhom kontroll sħiħa tal-partita. Skurjaw darbtejn u marru qrib li jiskurjaw drabi oħra. Genoa ftit li xejn dehru. Imbagħad bdiet u t-Tieni Taqsima u wara ftit Genoa sabu l-gowl tat-2-1. Minn dak il-punt bdew għoxrin minuta fejn Juventus batew ftit il-pressjoni ta’ Genoa. It-tim deher xi ftit konfuż u ħareġ biċ-ċar in-nuqqas ta’ plejers f’nofs il-grawnd li jieħu f’idejh lit-tim u jraqqad il-logħba sakemm it-tim mentalment ikun iktar trankwill. Għandna l-impressjoni li l-bidliet ta’ Pirlo damu ftit wisq ma waslu. Meta mbagħad daħlu McKennie u Dybala l-partita ħadet xejra oħra. McKennie mill-ewwel sab ix-xibka. Bih u b’Dybala fil-grawnd Juventus bdew iżommu iktar il-ball possession u reġgħu ħadu f’idhom il-kontroll tal-partita. Dawn it-tliet punti jkomplu jsaħħu l-mixja Juventini f’dal-kampjonat u tqarribhom lejn il-ksib ta’ post fiċ-Champions League s-sena d-dieħla.
JUVENTUS-GENOA 3-1
Skurjaw: Kulusevski (J), Morata (J), Scamacca (G), McKennie (J)
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado (Alex Sandro), Chiellini, De Ligt, Danilo; Kulusevski (McKennie), Bentancur, Rabiot (Ramsey), Chiesa (Arthur); Morata (Dybala), Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Genoa (3-5-2): Perin; Masiello, Radovanovic, Criscito; Zappacosta, Behrami (Pjaca), Badelj, Rovella (Zajc), Biraschi (Ghiglione); Pandev (Shomourodov), Scamacca (Melegoni). Kowċ: Ballardini.
Referee:Di Bello.
Karti sofor: Cuadrado (J), Kulusevski (J), Behrami (G), Rovella (G), Criscito (G), Alex Sandro (J).
Matthew Scerri