JUVENTUS KAPOLISTAby Pierre Borg
Min qatt fil-bidu tal-istagun kien jemmen jew johlom li qatt xi darba f’dan l-istagun konna ser inkunu l-ewwel fil-klassifika, vera b’ loghba aktar izda l-ewwel u protagonisti tul dan il-kampjonat kollu.
Kontra lecce kellna bidu pjuttost tajjeb, konna agressivi u kellna bosta okkazjonijiet ukoll izda mal-hin fl-ewwel taqsima naqqasna hafna mir-ritmu li bdejna bih u anka hallejna hafna mill-pussess tal-ballun lill-avversarji li xorta qatt ma’ kienu xi perikoluzi ghaliex tul il-partita kollha taw biss xutt wiehed lejn il-lasta taghna.
Kellna n-nuqqas ta’ Rabiot fil-midfield u dan inhass hafna ghaliex nitilfu l-kwalita u l-esperjenza tieghu, floku laghab Miretti li fl-opinjoni tieghi kellu partita negattiva hafna, nistaqsi ghaliex dan il-player nibqghu ninsistu fuqu meta jidher car li anka hu stess tilef il-personalita biex jilghab f’dawn il-livelli. Filfatt fit-tieni taqsima kif inbidel zidna fir-ritmu u wasal il-gowl tal-vantagg ghal darbohra minn Vlahovic li loghba wara ohra qed jikkonvinci dejjem aktar.
Ma’ ninsewx ukoll in-nuqqas ta’ Chiesa li jidher li wara l-injury gravi li kellu ghadu ma’ sabx stabilita u kontinwita fizika. Minfloku laghab Yildiz li ghalkemm ma’ ghamilx xi affarijiet ta’ barra minn hawn xorta kien tajjeb u generuz tattikament u fejn seta rega wera l-klassi tieghu.
Ghaddiet ohra u issa kif jghidu t-taljani viene il-bello! Issa qbizna lil ta’ qabilna u sta ghalina li naghmlu d-destin taghna, importanti li naslu sal-loghba ta’ l-istagun kontra Inter l-ewwel fil-klassifika biex huma jkunu obbligati jirbhu dejjem u naraw jekk humiex kapaci jzommu ghar-ritmu bil-loghbiet ewropej ukoll.
Issa gejjin il-mumenti determinanti u qeghdin fl-ahjar pozizzjoni li stajna nkunu, b’ta’ warajna obbligati jigru warajna! Kif nghidu POP CORN TIME!
Sadanittant
FORZA JUVE DEJJEM