Juventus-Milan 0-3by Aleandro Bartolo
Telfa oħra għal Juventus fi staġun tassew deludenti fejn il-Bianconeri qed jirriskjaw li lanqas jiksbu post fiċ-Champions League. Fl-Ewwel Taqsima Juventus lagħbu tajjeb għalkemm ma ħolqux wisq okkażjonijiet ta’ gowl. Fl-aħħar minuta, imbagħad, Milan marru fil-vantaġġ bi żball ieħor ta’ Szczesny. Ħsibna li kien se jkun hemm reazzjoni fit-Tieni Taqsima, imma Juventus ma kienu kapaċi joħolqu xejn u ħallew lil Milan jiskurjaw żewġ gowls oħra. Partita bħal dik tal-lejla tikkonferma li Pirlo falla miżerament u miegħu hemm uħud mill-plejers li wasal iż-żmien li jsellmu lil Juventus. Iġri tispiċċa din l-aġunija għax aħna s-supporters ma ħaqqniex tim li ma jilgħabx bil-qalb!
JUVENTUS-MILAN 0-3
Skurjaw: Diaz (M), Rebic (M), Tomori (M)
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, de Ligt, Chiellini, Alex Sandro; McKennie, Bentancur (Kulusevski), Rabiot, Chiesa (Dybala); Morata, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Milan (4-2-3-1): G. Donnarumma; Calabria, Kjaer, Tomori, Theo Hernandez; Bennacer (Dalot), Kessie; Saelemaekers (Meite), Diaz (Krunic), Çalhanoglu; Ibrahimovic (Rebic). Kowċ: Pioli.
Referee: Valeri.
Karti sofor: Chiesa (J), Chiellini (J), Diaz (M), Saelemaekers (M).
Matthew Scerri