Juventus-Novara 5-0by zeronlg
L-era Pirlo bdiet b’rebħa u b’wirja sostanzjalment tajba. F’dan l-istadju għadu kmieni wisq biex wieħed jiġġudika lit-tim u għaldaqstant kull kumment hu kemxejn superfluwu. Il-partita kontra Novara wrieta li Pirlo għandu f’moħħu s-sistema tat-3-4-1-2, sistema li jekk xejn se tagħti ċ-ċans lil Cuadrado u lil Alex Sandro jilagħbu iktar qrib il-lasti avversarji milli kienu jagħmlu sena ilu. Il-plejers kollha dehru motivati, inklużi nies bħal Pjaca u Pellegrini li għadhom ma jafux jekk humiex se jibqgħu jew le. Il-ġodda (McKennie, Kulusevski, Arthur, kif ukoll dawk li ġew lura: Pellegrini, Pjanca u Nicolussi Caviglia) dehru integrati sew fil-mekkaniżmi tat-tim. Arthur forsi hu dak li deher l-inqas, għalkemm tajjeb infakkru li l-pożizzjoni tiegħu fil-grawnd kienet kemxejn arretrata u għaldaqstant ma tantx seta’ jidher wisq. Mil-lat ta’ logħob, għalkemm għadu kmieni biex nikkummentaw, jidher li t-tim qed idawwar il-ballun b’mod iktar veloċi u, għall-kuntrarju tas-sena li għaddiet, m’hemmx il-bżonn li jmiss il-ballun t-tim kollu biex naslu għax-xutt fil-lasta tat-tim avversarju. Insomma, il-ħidma ta’ Pirlo u l-istaff tiegħu sejra fid-direzzjoni t-tajba. Jonqos ħafna xi jsir, kif inhu normali, u fuq kollox jonqos li jinxtraw xi plejers li tant huma meħtieġa biex jogħla l-livell ta’ kompetittività tat-tim.
JUVENTUS-NOVARA 5-0
Skurjaw: Ronaldo (J), Ramsey (J), Pjaca (J), 2 Portanova (J)
Juventus (3-4-1-2): Szczesny (Buffon); Danilo (Rugani), Bonucci (Demiral), Chiellini (Pellegrini); Cuadrado (Portanova), McKennie (Arthur), Rabiot (Bentancur), Alex Sandro (De Sciglio); Ramsey (Nicolussi Caviglia); Kulusevski (Pjaca), Ronaldo (Douglas Costa). Kowċ: Pirlo.
Novara (4-3-2-1): Lanni; Pagani (Lorenzi), Bellich (Lamanna), Bove (Pogliano), Cagnano; Nardi (Hrkać) (Bianchi), Collodel (Spitale), Schiavi (Zunno); Cisco (Buzzegoli), Panico (M. Tordini); Bortolussi (Gonzalez). Kowċ: Banchieri.
Matthew Scerri