Juventus-Porto 3-2by Aleandro Bartolo
Juventus sfaw eliminati miċ-Champions League wara partita tassew inkredibbli. Fl-Ewwel Taqsima Juventus lagħbu ħażin għaġeb u marru minn taħt 0-1. Fit-Tieni Taqsima Chiesa ħa f’idejn lit-tim kollu u skurjaw żewġ gowls il-ġmiel tagħhom. Porto lagħbu kważi t-Tieni Taqsima kollha bi plejer inqas. Apparti l-gowls ta’ Chiesa, Juventus laqtu żewġ lasti oħra u dehru kemm-il darba qrib li jiskurjaw it-tielet gowl. Dat-tielet gowl ma wasalx u t-timijiet marru għall-ħin supplementari. B’sorpriża Porto skurjaw minn free-kick u ftit tal-ħin wara Rabiot reġa’ poġġa lil Juventus fil-vantaġġ għal skor finali ta’ 3-2. L-aggregate finali kien ta’ 4-4 u għaddew Porto bil-gowls barra minn darhom. Il-problemi ta’ dat-tim ilna nafuhom minn qabel beda l-istaġun u rajnihom kemm-il darba fil-grawnd. Hi tassew ħasra li tim li għandu kollox biex ikun kompetittiv (għallinqas sa ċertu livelli) spiċċa kellu staġun ta’ dat-tip.
JUVENTUS-PORTO 3-2
Skurjaw: 2 Sergio Oliveira (1 pen.) (P), 2 Chiesa (J), Rabiot (J)
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado, Bonucci (De Ligt), Demiral, Alex Sandro; Ramsey (McKennie), Arthur (Kulusevski), Rabiot, Chiesa (Bernardeschi); Morata, Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Porto (4-4-2): Marchesin; Manafà, Mbemba, Pepe, Zaidu (Luis Diaz); Corona (Diogo Leite), Sergio Oliveira (Loum), Uribe (Grujic), Otavio (Sarr); Marega (Toni Martinez), Taremi. Kowċ: S. Conceição.
Refereee: Kuipers (Ola).
Karti sofor: Chiesa (J), Cuadrado (J), Bernardeschi (J), Sergio Oliveira (P).
Karta ħamra: Taremi (P).
Matthew Scerri