Juventus-Roma 2-0by Aleandro Bartolo
Is-sensiela ta’ rebħiet konsekuttivi ta’ Juventus qed tkompli titwal. It-telfa tas-17 ta’ Jannar kontra Inter żblokkat mentalment lit-tim li issa jidher kompletament differenti minn dak li konna qed naraw qabel. Minn wara l-partita kontra Inter fil-kampjonat, Juventus rebħu kull partita li kellhom b’wirja tajba. It-tim qed juri kwalità tajba ta’ logħob, b’titjieb sostanzjali fil-fażi difensiva. Kontra Roma kellna konferma oħra ta’ dan kollu. It-tim ta’ Fonseca lagħab tassew tajjeb u kellu f’idejh il-logħob għal ħin twil. Juventus għarfu jiddefendu b’mod intelliġenti u kienu letali kull darba li tellgħu l-ballun. Paradossalment il-Bianconeri kellhom ferm iktar opportunitajiet ta’ gowl minn Roma. Ronaldo bħas-soltu kien kapaċi jagħmel id-differenza. Fuq wara s-senaturi Bonucci-Chiellini qed jagħlqu verament tajjeb kif konna drajna narawhom jagħmlu fil-passat. Dal-progress nisperaw li nkomplu narawh anki fil-ġimgħat li ġejjin.
JUVENTUS-ROMA 2-0
Skurjaw: Ronaldo (J), Ibanez (awtogowl) (R)
Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, Bonucci (Demiral), Chiellini, Alex Sandro (De Ligt); Chiesa (Bernardeschi), Arthur, Rabiot, McKennie (Cuadrado); Morata (Kulusevski), Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Roma (3-4-2-1): Pau Lopez; Mancini, Ibanez, Kumbulla; Karsdorp (Peres), Villar (Diawara), Veretout, Spinazzola; Cristante (Perez), Mkhitaryan; Borja Mayoral (Dzeko). Kowċ: Fonseca.
Referee: Orsato.
Karti sofor: Arthur (J), Mancini (R), Kumbulla (R), Ronaldo (J).
Matthew Scerri