Juventus-Spezia 3-0by Aleandro Bartolo
Juventus lura għar-rebħ fil-kampjonat. Minkejja numru kbir ta’ plejers neqsin minħabba injury, il-Bianconeri rnexxilhom jiksbu tliet punti mistħoqqa anki jekk l-wirja ma kinitx (u ma setgħetx tkun minħabba l-ammont ta’ injuries) partikolarment tajba. Morata u Bernardeschi kienu fundamentali biex Juventus setgħu jiżblukkaw il-partita. Wara li Morata fetaħ l-iskor, il-Bianconeri dehru mentalment iktar liberi u kien faċli għalihom jirbħu bl-iskor ta’ 3-0.
JUVENTUS-SPEZIA 3-0
Skurjaw: Morata (J), Chiesa (J), Ronaldo (J)
Juventus (3-5-2): Szczesny; Danilo, Demiral, Alex Sandro; Chiesa (Ramsey), Bentancur, Rabiot, McKennie (Morata), Frabotta (Bernardeschi); Ronaldo, Kulusevski (Di Pardo). Kowċ: Pirlo.
Spezia (4-3-3): Provedel; Vignali, Terzi, Erlic, Marchizza; Estevez, Leo Sena, Maggiore (Acampora); Farias (Verde), Nzola (Galabinov), Gyasi. Kowċ: Italiano.
Referee: Sacchi.
Karti sofor: Frabotta (J), Demiral (J).
Matthew Scerri