Juventus-Udinese 4-1by Aleandro Bartolo
Is-sena 2021 ta’ Juventus bdiet b’rebħa fl-Allianz Stadium. It-tim deher li falla warajh it-telfa kontra Fiorentina u kellu wirja sostanzjalment tajba għalkemm fl-ewwel taqsima sabha kemxejn diffiċli joħloq okkażjonijiet ta’ gowl. Il-Bianconeri għarfu jikkontrollaw il-partita b’mod tajjeb, ftit li xejn kienu esposti għall-kontrattakk avversarju, u sabu x-xibka fil-mument opportun. Issa se jkun interessanti li naraw il-qawwa tat-tim ta’ Pirlo kontra l-leaders Milan nhar l-Erbgħa.
JUVENTUS-UDINESE 4-1
Skurjaw: 2 Ronaldo (J), Chiesa (J), Zeegelaar (U), Dybala (J).
Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, De Ligt, Bonucci (Chiellini), Alex Sandro (Frabotta); Chiesa (Bernardeschi, Bentancur, McKennie (Arthur), Ramsey (Kulusevski); Dybala, Cristiano Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Udinese (3-5-2): Musso; Bonifazi, De Maio (Molina), Samir; Stryger Larsen, De Paul, Walace (Makengo), Pereyra (Mandragora), Zeegelaar; Pussetto (Forestieri), Lasagna (Nestorovski). Kowċ: Gotti.
Referee: Giacomelli.
Karti sofor: Chiesa (J), McKennie (J).
Matthew Scerri