JUVENTUS CLUB VERO AMORE (MALTA 1975)
DWARNA
Il-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) hu wieħed minn l-ikbar Clubs tas-supporters Juventini fid-dinja kollha. Għaldaqstant, il-Club li ilu sa minn żmien il-fondazzjoni tiegħu uffiċjalment rikonoxxut huwa denominat bħala Official Fan Club minn Juventus stess.
Oriġinarjament l-ewwel moviment organizzat ta’ supporters Bianconeri f’Malta jmur lura għas-sena 1964 meta kien twaqqaf il-“Club Amici della Juve”. Wara din l-inizjattiva li ma tantx kellha ħajja twila, is-supporters Juventini Maltin ftiehmu fl-1975 li jwaqqfu struttura aktar professjonali u organizzata u din semmewha “Juventus Club Malta”.
Fl-1997 kien twaqqaf Juventus Club ieħor f’Malta. Ir-rapporti bejn iż-żewġ Clubs kienu kordjali u amikevoli ferm tant li fl-1997 ittellgħet b’mod konġunt wirja kbira fl-okkażjoni taċ-ċentenarju mill-fondazzjoni ta’ Juventus. Sena biss wara ż-żewġ Clubs ingħaqdu f’dak li llum hu l-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975).
L-għanijiet tal-Club tagħna huma:
- li jitkabbar l-isem ta’ Juventus F.C. fil-gżejjer Maltin u li jiġu nkoraġġuti l-valuri sportivi li huma mħaddna mit-tim tal-qalb tagħna;
- li jservi biex jitkattar l-ispirtu ta’ ħbiberija, kollaborazzjoni u solidarjetà bejn is-supporters ta’ Juventus kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq livell internazzjonali;
- li jirrappreżenta l-interessi tas-supporters Juventini Maltin permezz ta’ kuntatti diretti mas-sede ċentrali ta’ Juventus F.C. f’Turin.
Sa minn l-ewwel xhur tal-ħajja tiegħu, il-Club kien u għadu rikonoxxut uffiċjalment minn Juventus F.C. Attwalment il-Il-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jifforma parti min-network ta’ Juventus Official Fan Clubs li huma l-uniċi rikonoxxuti minn Juventus F.C. u li jaqgħu taħt il-kappa taċ-Centro Coordinamento Juventus Club ta’ Turin. Grazzi għat-titlu ta’ Official Fan Club, il-Club tagħna joffri lis-supporters Juventini lokali il-possibilità li jipparteċipaw f’serje ta’ inizjattivi maħluqa apposta għat-tesserati tal-Fan Club, naġevolawhom fix-xiri ta’ biljetti għall-partiti ta’ Juventus u nagħtuhom il-possibbiltà li jidħlu fit-training grawnds ta’ Vinovo meta dan ikun possibbli.
Għaliex għandek tissieħeb fil-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975)?
Club prestiġġjuż
Tifforma parti minn l-eqdem u l-ikbar Club għas-supporters Juventini fil-gżejjer Maltin.
Attivitajiet
Tieħu sehem f’attivitajiet soċjali matul is-sena kollha.
Trasparenza
Tikseb biljetti għall-partiti ta’ Juventus bi prezzijiet FACEVALUE, jiġifieri bl-istess prezz li jbigħuhom Juventus (flimkien ma’ administration fee ta’ €10 biss).
Esklussività
Tiġi offrut mingħajr ebda obbligazzjoni u bi prezzijiet esklussivi għall-membri tal-Club biss akkomodazzjoni ġewwa l-Hotel Concord, lukanda ewlenija ta’ 4 stilel fiċ-ċentru ta’ Turin u quddiem l-istazzjon tal-ferrovija li fil-passat reċenti kienet ukoll isservi għal bosta snin bħala l-lukanda uffiċjali ta’ Juventus lejliet il-partiti home.
Konnessjonijiet
Tgawdi minn konnessjonijiet stabbiliti li jmorru lura s-snin ma’ persunaġġi mportanti Juventini kif ukoll maċ-Centro Coordinamento. Dejjem naspiraw biex bħalma diġà sar f’bosta okkażjonijiet matul is-snin inkomplu biż-żjarat ta’ persunaġġi Juventini kemm tal-preżent kif ukoll tal-passat.
Divertiment
Tara b’xejn il-partiti kollha ta’ Juventus ġewwa l-bini tal-Club. Ikollok għażla li ssegwi l-partita f’sala kbira mgħammra b’teknoloġija moderna bħal Big Screen FULL HD u sistema ta’ audio professjonali. Gewwa l-Bar area hemm ħames LED TVs kbar FULL HD. Dan kollu f’ambjent ideali għall-familja. Il-Bar iservi wkoll ħafna appetizers għalhekk għandu jkun l-għażla ta’ kulħadd u mhux neċessarjament waqt l-avvenimenti sportivi biss.
JUVENTUS CLUB VERO AMORE (MALTA 1975)
RITRATTI
JUVENTUS CLUB VERO AMORE (MALTA 1975)
KUMITAT
Joseph Fenech
Joseph Shields
Emanuel Cassar
Simon Vella
William Micallef
Darren Micallef
Michael Pizzuto
Aleandro Bartolo
Manuel Zammit
TESTIMONJANZI
Il-klabb huwa l-post fejn tingabar il-familja, hawn familja kbira. Il-President Joseph Fenech gab atmosfera sabiha u l-membri huma prijorita. Kumitat dejjem jahdem biex inkomplu nikbru.
Inkun looking forward biex nesperjenza l-loghob fil-klabb. Inhobb nigi insegwi loghob specjalment tac-champions league fil-klabb. Ejjew bi hgarkom!
Il-klabb hawn pjacir u huwa modern. Ikel tajjeb ukoll. Inheggeg in-nies jidhlu membri ghax vera tiehu pjacir hawnhekk.
Klabb li jilqgħek. Premises sbieħ ħafna. Waqt il-logħob qisek qiegħed il-grawnd, atmosfera sabiħa ħafna. Familja waħda. Ikel tajjeb ħafna u servizz tajjeb ħafna.
Il-premises huwa palazz. Appetizers ma waqfux, proset il-kumitat għax veru taħdmu. Bħala familja hawnhekk.
IKKUNTATJANA
Triq Madre Maria Theresa Spinelli
Birkirkara BKR 4920
Malta
Email – [email protected]
Ghall-booking ta’ mejda waqt il-partiti cempel +356 77208585
Hinijiet tal-ftuh tal-ufficju:
Kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn is-6:30pm u 8:00pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus.
Waqt ħinijiet tal-ftuħ ċempel +356 21480851
Ħinijiet oħra ċempel jew SMS +356 79618994
Fejn ssibna
RATI SĦUBIJA MAL-CLUB
Adult – €25
Anzjan – €20
Żgħażagħ – €20
Tfal – €10
Baby – FREE