KWALITA TIRBAH LIL KWANTITAby Pierre Borg
Li neqsin mil-kwalita fl-iskwadra konna nafuwa u konna nafu ukoll li din ser taghmel id-differenza u fil-fatt il-partita kontra l-inter uriet bic-car li l-kwalita ta’ players bhal Calhanoglu u Mykitarian ghamlet differenza kbira.
Bdejna l-loghba bhas-soltu u kif stennejt, fejn hallejna l-inizjattiva lill-avversarji fejn kellhom hafna mil-pussess tal-ballun ghalkemm qatt ma’ kienu xi perikoluzi hafna. Anzi l-ewwel cans kbir li kien hemm li jinfetah l-iskor kien taghna b’Mckennie li kellu jaghzel bejn Yildiz u Vlahovic fejn dan tal-ahhar jikkontrolla nkredibbilment il-ballun hazin u falla cans tad-deheb li jitfana fil-vantagg.
Aktar sfortuna fl-ahhar parti tal-ewwel taqsima wasal il-vantagg ta’ inter fejn id-difiza li sa dak il-hin kienet tant tajba kienet totalment wieqfa bi Bremer li halla lil Pavard wahdu u Gatti rega bhal loghba tal-ewwel round ihalli lil attakkant Thuram jidhol trankwill u spicca ghamel awtogol hu stess.
Fit-tieni taqsima naturalment rajna partita aktar miftuha bil-ballun tiela u niezel fejn fl-opinjoni tieghi ergajna rajna loghob u tqassim hazin anka dak semplici bhal ma’ konna naraw fil-passat u kif dejjem nsostni kemm ghandna bzonn player jew tnejn fil-midfield li jtuna nifs u pussess tal-ballun. Biex nghidu l-verita xorta l-ahjar okkazjonijiet kienu taghhom u li ma’ kienx Sczcesny f’vena tajba konna nohorgu bi 3 minn go San Siro.
It-triq il-quddiem ghandha tkun li nirritornaw ghar-rebh mil-loghba li jmiss kontra Udinese u nibzghu ghal postna ma’ l-ewwel erba li ma ghandiex tkun problema. Ghaliex hadd ma’ ghandu jinsa minn fejn tlaqna u x’konna nghidu u nahsbu fil-bidu tal-istagun.
L-ahhar wirjiet tat-tim gelghuna noholmu u nghid jien ma’ nahsibx li ghamilna hazin izda din il-partita urietna l-verita u d-differenza netta u cara li ghad hemm, nispera li din id-differenza fis-sajf nippruvaw insolvuha biex kemm jista jkun dawn il-falluti bil-provi li hadd ma’ jkellimom u sadanittant probabilment ser jirbhu l-kampjonat bhala socjeta finanzjarment falluta ma’ jdumux jiddominaw.
Bhal dejjem.
FORZA JUVE FIT-TAJJEB U L-HAZIN.