L-aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti (27 ta’ Diċembru 2020)by Aleandro Bartolo
Il-logħob jinsab wieqaf biss l-uffiċċjali tal-klabbs huma ferm attivi f’dak li għandu x’jaqsam mas-sessjoni tax-xitwa tas-suq tat-trasferimenti. Min-naħa tagħhom Juventus jidhru li qed ifittxu attakkant ġdid. L-ismijiet li qed isiru nafuhom: Llorente, Depay, Milik u Pavoletti. Issemma anki l-attakkant ta’ Celtic, Oudsonne Edouard. Dan jista’ jkun investiment għall-futur minħabba l-età żgħira tiegħu. Investiment ieħor f’talent żagħżugħ hu dak għal Edouard Michut li hu midfielder/playmaker. Żgur li apparti dawn l-ismijiet se nisimgħu ħafna iktar fil-ġimgħat li ġejjin.
Matthew Scerri