L-AHHAR FROGAby Pierre Borg
Fl-ahhar spicca dan l-istagun fallimentari mimli dizappunti, mimli dwejjaq u falliment minn fuq sa isfel. L-ahhar partita fid-derby kontra Torino kienet il-mera ta’ dan it-tim u ta’ dawn il-players bla karattru, minghajr sens ta’ appartenenza u sa l-ahhar ma’ kienux kapaci jzommu rizultat favorevoli ta’ zewg gowls vantagg.
Fl-opinjoni tieghi hadt ma’ huwa ezenti minn dan il-falliment, nibdew mis-socjeta jekk tezisti! Dirigenti li bnew tim fallimentari u nispicca anka bi Spalletti li wara bidu u xaharejn tajbin ma’ kienx kapaci jbiddel strutturalment dawn il-players li fil-mumenti decisivi regaw waqaw fl-istess difetti u zbalji ta’ stagun shih.
Kemm swew dawk il-punti mormijin f’darna stess kontra timijiet bhal Lecce, Sassuolo, Fiorentina u Verona, punti li kienu jtuna post ghal darb’ohra fic-champions league biex anka tim bhal Como rnexxilom jidhlu fl-ghola kompetizzjoni. Inkredibbilment tul l-istagun meta konna nitilfu dawn it-tip ta’ punti xi whud minnha kienu jghidulna qeghdin teqirdu ghalxejn ghax nidhlu zgur! Malajr dhalna! U nghiduwa kif inhi lanqas kien haqna.
Konna ilna snin nilghabuwa u fl-ahhar bqajna barra. X’futur gej ma nafx ghaliex ma’ tistax tattira players ta’ kalibru lejk minghajr champions league. Onestament lanqas bic-champions league ma’ kellna dirigenti jinvestu sewwa ahseb u ara minghajr introjtu ta’ madwar 80 miljun x’investimenti gejjin!
Fis-sitwazjoni li gejna irid ikollok dirigenti kapaci jsibu talenti bi ftit flus u bhalissa zgur li ma ghandniex dik it-tip ta’ dirigenza. Forsi qed ninstema wisq negattiv imma d-deluzjoni hija wahda enormi u ferita kbira.
Izda bhal dejjem il-Juve f’qalbna dejjem fit tajjeb u l-hazin!
Forza Juve dejjem

