L-aħħar opportunità u l-importanza tas-sħubija dan l-istaġunby Darren Micallef
Wara r-rilaxxar parzjali tal-miżuri minn naħa tal-Awtorita’ tas-Saħħa l-uffijċu tal-Club finalment jista’ jerġa’ jibda jopera mil-ġdid minn nhar it-Tlieta 4 ta’ Mejju. Il-ġranet u ħinijiet tal-ftuħ se jibqgħu fissi ċioe’ kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30pm u 8pm.
Minn l-uffiċju tal-Club tista’ ssir is-sħubija kif ukoll jiġi akkwistat merchandising varju iżda primarjament se nkunu hemm preżenti a disposizzjoni sabiex nitkellmu u niltaqgħu magħkom kif ukoll biex naqdu minn l-aħjar il-bżonnijiet tagħkom.
Infakkru li kull min għamel sħubija dan l-istaġun għall-prezz imraħħas ta’ €15 se jkun qiegħed igawdi minn priorita’ fuq biljetti l-istaġun li jmiss meta l-affarijiet nittamaw jerġgħu jibdew jirritornaw għan-normalita’ nisperaw fi żmien mhux daqstant il-bogħod. Għaldaqstant titilfux din l-aħħar opportunita’ sabiex tieħdu vantaġġ minn din l-iskema li saret bħala turija ta’ apprezzament lejn kull min dan l-istaġun uriena xorta fiduċja minkejja s-servizz limitat.
http://juventusclubmalta.com/membership/subscribe-online/
Il-Bar Area se tkompli tinżamm magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet imposti wara 5pm.
Niltaqgħu l-uffiċju.
Darren Micallef