L-aħħar opportunità u l-importanza tas-sħubija dan l-istaġun

Darren Micallef Hot news, News Leave a Comment

Wara r-rilaxxar parzjali tal-miżuri minn naħa tal-Awtorita’ tas-Saħħa l-uffijċu tal-Club finalment jista’ jerġa’ jibda jopera mil-ġdid minn nhar it-Tlieta 4 ta’ Mejju. Il-ġranet u ħinijiet tal-ftuħ se jibqgħu fissi ċioe’ kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn 6.30pm u 8pm.

Minn l-uffiċju tal-Club tista’ ssir is-sħubija kif ukoll jiġi akkwistat merchandising varju iżda primarjament se nkunu hemm preżenti a disposizzjoni sabiex nitkellmu u niltaqgħu magħkom kif ukoll biex naqdu minn l-aħjar il-bżonnijiet tagħkom.

Infakkru li kull min għamel sħubija dan l-istaġun għall-prezz imraħħas ta’ €15 se jkun qiegħed igawdi minn priorita’ fuq biljetti l-istaġun li jmiss meta l-affarijiet nittamaw jerġgħu jibdew jirritornaw għan-normalita’ nisperaw fi żmien mhux daqstant il-bogħod. Għaldaqstant titilfux din l-aħħar opportunita’  sabiex tieħdu vantaġġ minn din l-iskema li saret bħala turija ta’ apprezzament lejn kull min dan l-istaġun uriena xorta fiduċja minkejja s-servizz limitat.

http://juventusclubmalta.com/membership/subscribe-online/

Il-Bar Area se tkompli tinżamm magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet imposti wara 5pm.

Niltaqgħu l-uffiċju.

Darren Micallef

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *