L-ahhar tamaby Pierre Borg
Fadlilna l-ahhar tama li wara snin nergghu nilghabu finali ewropeja. Ilbierah zgur li ma’ kienx ir-rizultat li xtaqna izda mil-mitluf hadna dak kollu li stajna b’ gowl letteralment fl-ahhar sekondi li jista jiswina deheb ghal kwalifikazjoni.
Bdejna tajjeb hafna u bhas-soltu kellna l-ewwel kwarta fejn konna dominanti u deherna li bhala kwalita zgur li ahna hafna ahjar minn Sevilla, izda kif jigri dejjem l-istess gara lbierah illi wara 20 minuta ntfejna qisu xi hadd ghafas switch u anka fizikament ergajna gejna dominati. Zgur li nistenna hafna aktar minn players bhal di Maria li minn pass hazin tieghu gie l-kontrattakk tal-gowl li qlajna u minn hemm ma’ tajnix xutt iehor fil-lasta .
Il-problema tal-kontinwita bqajna ngorruha maghna stagun bi players bhal Vlahovic illi wara li irritorna ghal gowl kontra atalanta l-bierah falla cans klamoruz b’lasta pratikament vojta. Bqajna naraw l-istess konfuzjoni tattika li hadd ma’ jaf x’ser jaqbad jaghmel u f’mumenti tibda tinnota li anka hemm players li jevitaw li jircievu l-ballun.
Hadna ftit tar-ruh bid-dhul ta’ Iling Junior u aktar tard dak ta’ Pogba li rega gab hafna kwalita u ma’ nistax nifhem kif dan skond il-kowc ghadu ma’ jiflahx imqar taqsima shiha ta’ loghob. Dawn fost il-hafna domandi li naghmel lili innifsi kif anka f’semi finali tinnota skjerament fil-formazzjoni ta’ certu biza u ghadna nzommu certa players bilqeghda inizjalment bhal ezempju Chiesa!
Imma issa ghajjejt u ghajjejna nghidu l-istess diskors fuq ghazliet teknici matul l-istagun.
Imbghad xi nghidu ghal mafjati arbitrali li ergajna esperjenzajna lbierah! Inkredibbli l-hmieg li tara fil-wicc b’decizjonijiet dejjem kontra bi players taghna jircievu karti sofor mal-ewwel u l-avversarji l-hin kollu jaghtu bis-sieq u biex rajna ammonizzjoni ghaddiet il-fuq minn siegha loghob, biex nigu ghal penalty klamoruz li sar fuq Rabiot u lanqas tintervjeni biss il-var! F’din is-sitwazzjoni ninsabu kemm fl-Italja u anka fl-Ewropa.
Fl-ahhar sekondi wasal il-gowl li jhallilna tama li forsi naghmluha ghall-finali permezz ta’ Federico Gatti li bhal dejjem meta dahal kien determinat, fighter u jaghti kollox sa lahhar; ma’ nistax nifhem ukoll ghaliex dan il-player qieghed jerga jithalla bilqeghda (misteru).
Mhux ser tkun xi haga facli go Spanja f’atmosfera li ser tkun tahraq bla dubju izda nippretendi li bi players ta’ certu esperjenza internazzjonali li ghandna ma’ ghandiex taffetwana s-sitwazzjoni ambjentali, li jaqtali qalbi bhal dejjem hija s-sitwazzjoni fizika u tattika li ninsabu fiha.
Izda FORZA JUVE BHAL DEJJEM