L-avukati tal-Uefa jidħlu fl-azzjoni! Plejers esklużi mit-timijiet nazzjonaliby Aleandro Bartolo
F’dawn is-sigħat l-avukati tal-Uefa qed jaħdmu sabiex isibu l-bażi legali ħalli Real Madrid, Manchester City, Chelsea u Manchester United ikunu mkeċċija b’mod immedjat mill-edizzjoni ta’ dis-sena taċ-Champions League u tal-Europa League. Dan ħabbru Ceferin stess. Issa rridu naraw verament kemm se jkun legalment possibbli għall-Uefa li jwettqu dak li heddu.
Intant Ceferin stess stqarr ukoll li l-plejers tat-timijiet tas-Super League mhux se jkunu jistgħu jilagħbu għal pajjiżhom fit-Tazza tad-Dinja u fil-Kampjonat Ewropew għan-Nazzjonijiet.
Matthew Scerri