L-EWWEL 3 PUNTI FL-EWROPAby Pierre Borg
Fl-ahhar waslu l-ewwel tlett punti fl-ewropa wara bidu iebes kontra bosta timijiet hafna ahjar minnha. ILbierah gibna tlett punti kontra tim li zgur m’huwiex ta’ livell gholi.
Xorta kellna diffikultajiet enormi u xorta rajna difetti kbar tas-soltu li ghajjejna nghidu l-istess diskors u l-istess kritika. Jekk nitkellmu fuq l-ewwel taqsima tal-partita fl-opinjoni tieghi kienet wahda dizgustanti. Tim bla idejat, bla hegga ta’ xejn u bhal ma’ drajna naraw players li ma’ ghandomx ideja xi tfisser tilghab f’dawn il-livelli.
Onestament ma’ qbiltx ma’ Spalletti fil-formazzjoni li beda biha b’Openda u Conceicao fl-attakk fejn konna wisq dghajfa fuq quddiem izda l-hin u l-kalma taghtu ragun. Morna minn taht bhas-soltu bi traskuragni kbira fil-marking minn corner, fejn il-player thalla wahdu nkredibbilment u ghamilna l-affarijiet aktar difficli.
Minn naha l-ohra nhares lejn il-pozittiv ghaliex fit-tieni taqsima rajna reazjoni denja ta’ Juventus, konna agressivi, nipressaw u ndawru l-ballun u hemmhekk dehret id-differenza kbira bejn iz-zewg timijiet u bid-dhul ta’ Yildiz li prattikament wahdu harbat difiza shiha ta’ l-avversarji sakemm wasal l-ewwel gowl stagonali ta’ Openda. Wara ftit kellna ukoll gowl iehor mhassar fuq offside .
Bhas-soltu rnexxilna nikkumplikaw ruhna fl-ahhar mumenti tal-partita meta Cabal ghogbu jaghmel penalty inutli biex tefghana f’bahar inkwiet li fortunatament nehhejna meta Yildiz sab lil David wahdu li tefa fix-xibka biex taghna tlett punti mportantissimi ghal kumplament tac-champions league.
Minn hawn nistaw nahsbu u nipreparaw ghal partita li jmiss fil-kampjonat kontra cagliari u hemmhekk hemm bzonn ukoll ta’ tlett punti.
Sadanittant
FORZA JUVE DEJJEM

