L-EWWEL DRO STAGONALIby Pierre Borg
L-ewwel test serju ta’ l-istagun wassalna ghall-ewwel dro ta’ l-istagun. Zgur li ma’ sraqna xejn ghaliex ghalkemm ghad ghandna problemi kbar, pero xorta kellna c-cansijiet taghna b’milan imorru fil-vantagg bl-unika xutt gol-lasta.
Kif ghidt ghalkemm l-ewwel taqsima kienet maqsuma xorta nghid li konna ahjar mill-milan u aktar offensivi, tinkwetani ghal darbohra n-nuqqas ta’ striker tajjeb fuq quddiem ghaliex qeghdin inbatu hafna biex niskurjaw b’kolo muani bi prestazjoni fqira mmens, player ferm il-boghod minn dak li rajna sentejn ilu, jidher li l-istagun li ghadda ma’ kien xejn ta’ gid ghalih. Mhux ta’ b’xejn spalletti kien hareg pubblikament fejn kritikah u wera li ma’ kienx it- tip ta’ attakant li ried.
L-istess Spalletti fl-opinjoni tieghi ma’ nistax nifhem meta jaf xi problema ghandna fl-attakk ghaliex ma’ qalibx is-sistema ghal 4-4-2 b’zewg attakanti fil-kaxxa meta Woltemade ghandu fiziku enormi u rajna l-ftit li dahal kemm gab fawls u ta’ nifs lit-tim biex imlejna l-kaxxa u wasal id-dro ta’ federico gatti.
Nerga nigi ghal partita u ghal darbohra konna sfortunati ukoll meta conceicao b’xutt tajjeb laqat il-lasta fejn konna zgur nibdlu l-andament tal-loghba izda milan bl-unika xutt tal-partita marru fil-vantagg. Nazzarda nghid li punt minn din il-partita kif giet kuntent b’dan il-punt ghaliex b’telfa zgur li moralment konna nergaw immorru l-bahar, nispera ghaz zmien li gej nirkupraw xi players u l-players il-godda jtuna dik il-qabza tattika li tant ghandna bzonn ghaliex ghad fadal biex serjament inqisu ruhna kompettitivi u bhala tim kbir.
FORZA JUVE DEJJEM.

