LA BIDU U LANQAS TMIEMby Pierre Borg
Fis-socjeta Juventus f’dawn l-ahhar snin it-triq lejn il-qiegh hija pjuttost mghaggla u missejna mhux il-qiegh imma nahseb anka tlett sulari tahtu.
Fuq xiex ser nitkellmu ? Fuq il-partita kontra Como? X’ser nghidu? Tal-misthija hija l-aktar kelma gentili li nistghu nghidu, hdax il-player determinat, bi grinta, kollha jafu x’ghandom jaghmlu, li jridu jirbhu u rebha b’meritu. Minn naha taghna hdax il-tigiega, hdax il-sinjorina, hdax minghajr attribwiti biex ma’ nghidx xi haga ohra!! Hdax fortunati li waslu f’dan il-livell ghax twieldu taht stilla kometa fortunata.
Il-Juventus li nafu ahna llum ma’ tezistix, min jaf Gianni Agnelli x’jitqalleb meta jara tmexxija ta’ neputi li kull fejn qieghed imiss qieghed ifarrak u jkisser. It-tmexxija fit-tmun ta’ John Elkann diga rajniha fil-passat u kienet l-istess froga bid-differenza li kien fadal krema ta’ players tal-passat li salvaw dak li kien salvabbli.
Illum fadal biss nies fit-tmexxija li lanqas jafu ballun x’inhu u players mirakolati li mohhom biss fis-social media u x’hin nigu fil-pitch nsiru nies minghajr attribwiti u ma’ niswewx karlin.
Lil min ser insalvaw? Lil hadd, bazi ma’ tezistix, direzzjoni ma’ hemmx, min Hu hati? Kulhadd, hadd ma’ jinheles. Dawn huma rizultati ta’ snin ta’ tmexxija fjakka, fqira u inkapaci b’mentalita ta’ tielet klassi.
J’alla dak li qieghed jinstema fil-media li jista jkun li Elkann jikkonvinci ruhu u jbiegh lil klabb inkella l-futur huwa dak ta’ bhalissa, klabb u players u kowcis medjokri sena wara ohra!
Fuq il-partita lanqas nixtieq nitkellem bhas soltu, xi trid tghid? Porkerija u nuqqas ta’ rispett lejn sapporters li jivjaggaw u jsegwu lit-tim kullimkien. Tara players cassi ma’ jridux jilghabu mbaghad sakemm tibda t-tieni taqsima tarahom jidqu u jitbissmu bejnietom u min jirranga xaghru u min ihares lejn il-close up tal-cameras.
Il-problema mhux il-kowcis biss, responsabbilta ta’ propjeta rresponsabli minghajr interess li l-Juventus saret piz fuqhom.
Hemm bzonn li nieqfu noholmu b’xi akkwisti ta’ xi stilel ghaliex dik hija l-mentalita medjokri li waslet biex issa apparti li jintefqu l-flus jintefqu hazin u nispiccaw ergajna taht il-mira tal-UEFA.
Ha nsemmi kaz wiehed biss! ZHEGROVA! Immur ninvesti 25 miljun fuq player sena barra bil-groin u probabli li ser ikollu jopera ruhu! Hemm wasalna!! U jekk naqbad insemmi ma’ nieqafx.
Gejja loghba kontra Real mMdrid u nahseb ahjar ningabru kollha fit-talb ghax wisq nibza li gejja xi umiljazzjoni.
Izda bhal dejjem u ghal dejjem