LEJN BIDU TA’ STAGUN GDIDby Pierre Borg
Fadal biss ftit jiem lejn bidu ta’ stagun gdid u tista tghid pagna totalment gdida ghal Juventus wara dak kollu li ghaddejna u ghaddiet minnu s-socjeta u l-iskwadra l-istagun li ghadda.
Inutli nergaw nidhlu f’dettalji u f’polemici li issa huma kollha inutli ghaliex il-hsara kbira saret u nerga nsostni li l-intenzjoni kienet dik mil-bidu voldiri barra mill-ewropa u dannu ekonomiku kbir.
Dan kollu wassal biex is-socjeta iddawwar il-pagna u letteralment tibda mill-gdid fejn ovvjament la ma’ hemmx propjeta li lesta tkompli tohrog minn buta trid bilfors tillimita l-ispejjez, tnaqqas minn dawk il-pagi enormi li kellom bosta players filwaqt li trid tkun brava bizzejjed biex tanticipa f’akkwisti ta’ players li jkun hemm cans li jkunu promettenti bi ftit flus qabel jakkwistahom haddiehor.
Kif stennejt u ftit qeghdin jifhmu, sal-gurnata ta’ llum ma’ sarux akkwisti hlief dak ta’ Timothy Weah li jidher promettenti mill-ewwel wirjiet tieghu il-bqija tista tghid li bqajna bl-istess bazi ta’ players u bil-konferma ta’ Adrien Rabiot wara hafna ghidut li seta jhalli lil Juventus.
Naturalment ghal Giuntoli zgur ma’ kienux facli l-ewwel xhur jahdem ma’ Juventus! L-ewwel nett ried zgur jiehu stampa cara ta’ dak li hemm fir-realta jipprova jibda jirranga u minn hemm jibda jahdem biex igib l-ahjar mill-bejgh ta’ players biex ikun jista jagixxi fl-akkwisti.
Ghalhekk kif qed taraw f’dawn il-granet saru hafna bejgh ta’ players fostom Zakaria u de Winter u issa qeghdin jissemew Rovella u Pellegrini ma’ Lazio u dan kollu sar fl-opinjoni tieghi ghaliex Vlahovic li zgur kien hu l-maghzul biex jinbiegh u tidhol somma flus tajba ma’ rnexxilomx ibieghuh ghalhekk daret l-ghazla fuq dawk il-players li setaw igibu cash flow lejn il-klabb biex jibdew jakkwistaw dak li hemm bzonn.
Facli tiggudika u tghid dan genn u mgienen ghax nehhew lil dawk u lil iehor. Nahseb kieku kull wiehed minnha f’negozju jew post tax-xoghol u min jimpjegak jordnalek li tagixxi b’certu mod hekk kulhadd jaghmel jew anka jekk tkun fi propjeta tieghek tagixxi skond l-esigenzi li ghandek bzonn! Ghalhekk fl-opinjoni tieghi kulhadd irid idahhal f’mohhu li ahna m’ahniex real madrid jew man city jew psg faqqa subajk u jaqaw il-flus mis-sema! Fil-mument zgur li ma’ nistawx nirragunaw b’qalbna imma b’mohhna u cert li Giuntoli hekk qed jaghmel u hekk kostrett jaghmel.
Ghalhekk m’ghandux isir bejnietna diskors ta’ qed niehu birra ma xi bar u naqtaw il-kundanni minn issa. Dejjem nsostni li r-risposti nohduwom fil-pitch u mhux bil-paroli izda bil-fatti u xejn aktar.
Ghandu jkollna fiducja f’nies godda b’mentalita gdida u nkunu kapaci nistennew li l-affarijiet jibdew jissetiljaw u bla dubju ta’ xejn ghalmenu domestikament nergghu nkunu fejn jixirqilna.
FORZA JUVE DEJJEM