Locatelli-Juventus. Il-punt s’issa

MatthewJuve News Leave a Comment

It-taħdidiet bejn Juventus u Sassuolo dwar Manuel Locatelli għadhom għaddejjin. Il-partijiet għadhom ma sabux ftehim bejniethom biss ħafna qed ibassru li dat-trasferiment se jsir anki għax Locatelli jinsab deċiż li jilgħab għal Juventus fl-istaġun li jmiss. S’issa nafu li Juventus ressqu offerta għal self ta’ sena mħallas 5 miljuni, bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 25 miljun Ewro flimkien ma’ bonuses. Sassuolo ma aċċettawx din l-offerta għax iqisuha baxxa wisq u barra minn hekk huma jridu li Juventus ikollhom l-obbligu u mhux id-dritt li jixtruh għal kollox. Il-kontroproposta tidher li hi: 8-10 miljuni għas-self tal-plejer għall-perjodu ta’ sentejn, bl-obbligu li Juventus jixtruh fl-2023 għal 35 miljun Ewro flimkien ma’ 10 miljuni oħra f’bonuses. Issa rridu naraw x’se jagħmlu Juventus. L-impressjoni hi li Juventus finalment se jaċċettaw dat-tip ta’ ftehim għax jeħtieġu lil Locatelli u barra minn hekk dal-ftehim jagħtihom l-opportunità li jqassmu l-ħlas fuq perjodu ta’ madwar ħames snin, ħaġa li teknikament taqblilhom sabiex ma jidhirx piż qawwi fuq l-accounts tal-klabb fis-sentejn li ġejjin meta l-effetti tal-pandemija se jkunu qed jinħassu sew.

Matthew Scerri

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *