Lockdown li jista’ jeffettwa lil Napoli u lil Beneventoby Aleandro Bartolo
Il-President tar-reġjun Campania, De Luca qed jhedded mill-ġdid lis-Serie A. Fil-fatt hu mhuwiex jeskludi li jkollu jordna lockdown fir-reġjun tiegħu minħabba l-imxija tal-Covid. Jekk verament ikun hemm lockdown, allura dan ikun ifisser li Napoli u Benevento ma jkunux jistgħu jinżlu fil-grawnd għall-partiti tas-Serie A. Huma la jkunu jistgħu jilqgħu timijiet f’darhom u wisq inqas imorru jilagħbu barra minn darhom. Dan dejjem jekk Napoli u Benevento ma jingħatawx permess speċjali biex ikompli għaddejjin bil-logħob minkejja l-lockdown. Insomma, sitwazzjoni tassew imħawda u l-kampjonat tas-Serie A jaf verament ikollu xi interuzzjonijiet dis-sena.
Matthew Scerri