LURA BHAL GRANCby Pierre Borg
Hekk jghid il-Malti u hekk urewna il-players taghna fil-partita kontra Bologna. Mil-prestazzjoni kontra Udinese ghal dik tal-bierah kien hemm qabza lura kbira u haditna lura b’mohhna jmur fil-prestazzjonijiet medjokri ta’ l-istagun li ghadda fejn kollha kemm ahna ma’ flahniex aktar naraw lil Juve f’dik is-sitwazzjoni.
Forsi frahna wisq bl-ewwel taqsima ta’ Udine? Kif tista ttina tort meta konna ilna ma’ naraw tim determinat hekk zmien! Ilbierah kellna l-ewwel taqsima b’wirja mizerja fejna bqajna naraw l-istess zbalji ta’ dejjem, ergajna rajna tim mhux kompatt, kulhadd ghal rasu u hadd ma’ jaf x’ser jaqbad jaghmel minghajr l-ebda inizjattiva minn l-ebda player.
Ergajna rajna midfield debboli kemm mentalment u wisq aktar fizikament b’Locatelli protagonist fin-negattiv u rega wera li m’huwiex dak li hafna hsibna, personalment ghalija iddeluda Rabiot ukoll, qatt fil-loghba, slow u konfuz tattikament. Bir-rispett kollu ma’ nsalvax lanqas lil akkwist uniku li ghamilna Timothy Weah, nistenna hafna aktar minnu, kien timidu wisq ftit prova jaqbez l-avversarju tieghu u jitfa cross biex ma’ nghidx lanqas darba hlief meta kien hemm hands ball li naturalment il-var ma rahx lanqas imma dak mhux skandlu!!
Biex nghidu kollox fil-bidu tal-partita kellna penalty fuq Chiesa ggantesk daqs il-koppla tal-knejjes taht ghajnejn Di Bello izda dak mhux skandlu la kontra taghna, dak ma’ jimpurtax u kif dejjem nghid il-bierah rega beda t-tfiegh ta’ tajn fuqna u s-socjeta dejjem l-istess bahhh!!!
Fit-tieni taqsima naturalment u hekk kellu jkun kellna reazzjoni li ghalkemm b’hafna konfuzjoni ghafasna hafna lil Bologna li bejn naqsu r-ritmu taghhom u bejn naqsu fizikament konna perikoluzi kemm il-darba u kellna anka gowl mhassar ghaliex r-regola ridikola hekk tghid u tippretendi li bhal Rabiot jisparixxi fuq il-girja gol-kaxxa!
Haga pozittiva u hadt pjacir li rajt lil Vlahovic li ghalkemm jista jkun hafna ahjar izda rega irritorna ghal gowl decisiv u kellu iehor mhassar li jista jkabbarlu naqra fiducja fih innifsu u jkun importanti ghalina.
It-triq regghet tidher twila u iebsa u nahseb u ili nghid li hemm bzonn ta’ player fil midfield li jkun playmaker kapaci jtella u jaghti nifs lit-tim u jitma l-blalen lill-attakanti taghna. Personalment ir-ritorn ta’ Pogba li ghalkemm jidher mhux match fit izda xorta, teknikament id-dhul tieghu kien importanti u minn saqajh bdiet l-azzjoni tad-dro.
Qabel naghlaq dan l-artiklu xtaqt naqsam maghkom dak li qeghdin naraw fl-istadium taghna! Jien ma’ nistax nifhem x’qieghed jigri, jekk hux is-socjeta ma’ tridx certu sapport gewwa l-istadium, jekk hux il-prokura ta’ Turin li ghamlet certa ligijiet u jekk hu hekk, ma’ nistax nifhem kif go darna, stadium taghna jikkmandawna x’naghmlu! Li hu zgur huwa li hija hasra konna naraw stadium meraviljuz b’sapport mill-isbah u filfatt ghalhekk sar l-istadium u tarah mejjet hekk qisek qieghed go cinema tara film jaqbdek il-biki. Ma nafx meta s-socjeta ser taghmel xi haga fuqa din is-sitwazzjoni.
FORZA JUVE DEJJEM