LURA FID-DLAMby Pierre Borg
Ergajna koppi! Kif jasal il-mument li nitilaw it-targa tal-kontinwita nergaw lura u nuru kemm in-nuqqas ta’ kwalita li ghandna taffetwa dawn il-mumenti specjalment kontra timijiet bhal Lecce li jintefaw kollha wara u ma jaccaqalqux minn hemm.
Ma’ nistawx nghidu li ma’ konniex sfortunati specjalment fl-ewwel taqsima fejn pruvajna minn kollox b’saves tal-gowler li lanqas hu stess ma’ beda jemmen lilu nnifsu! Blalen jahbtu mal-lasta u flok jidhol il-ballun jinqala l -barra. Izda kellna ukoll certa konfuzjoni li rajna fil-passat jew inkella nuqqas ta’ kwalita fejn kellna r-ritorn ta’ Conceicao li ma kien xejn effettiv filfatt gie mibdul fil-mistrieh.
Sfortunatament ghadna u bqajna naraw li jinbidlu kemm jinbidlu kowcis certu players ma’ jinbidlu qatt u nibqaw naraw l-istess cucati u hmerijiet u qed nirreferi ghal Cambiaso li rega ghamel wahda mil-favoriti tieghu li jqassam fin-nofs u jaqta difiza u qallana gowl ezatt qabel tmiem l-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima sewwejna l-loghba mal-ewwel u gibna d-dro permezz ta’ s-soltu Mckennie li sar il-vera stilla ta’ dan it-tim. Minn hemm bqajna niddominaw sakemm wasal il-penalty car li r-referree ukoll ha bosta minuti biex tah u hemmhekk saret kaboccata mil-kbar!
Rigward dan il-penalty kullhadd inkluz jien xtaqt mqarr lil Jonathan David hdejja halli l-poeziji li iddedikajtlu kien jismaghhom dirett!! Izda apparti li dan il-bniedem ma nafx kif ser naqbad niddeskrivih, ma’ jidhaq qatt, harsa iccassata qisu qed jghix f’dinja ghalih u x’rawlu u min segwa lil dan l-imbecilli li lanqas jaf x’laqtu!
Izda jiddispjacini nghid ghalijja l-akbar dizappunt huwa hadd hlief Yildiz u wera kemm mhux matur u ghadu mhux lest biex jiflah it-tim fuq spallejh! Mela loghba li ma’ stajna niskurjaw b’xejn, morna minn taht, penalty decisiv u ncedih lil aktar player fi krizi f’ mument delikat bhal dak lanqas li konna xi 4-1 minn fuq!! Altro Che del piero!!!
Ergajna koppi! Nippruvaw nergaw nibdew mill-gdid u nisperaw li ma nergawx lura bhal granc.
FORZA JUVE DEJJEM

