LURA FIL-MONOTONIJAby Pierre Borg
Lura ghal loghob fil-kampjonat u lura f’monotonija u problemi tas-soltu li issa ilna naraw ghal dawn l-ahhar snin, jistghaw jinbidlu l-kowcis u staff ghaliex jekk ikollok players medjokri u bla kwalita dak li tiehu u rridu nikkonvincu ruhna bhal ma’ jghid il-malti minn dawk hemm.
Kellna opportunita ohra kontra Fiorentina li jinsabu fi krizi totali, l-ahhar fil-klassifika u bhal ma’ jigri spiss kontrina hadd ma’ sar jiprendina u jibza minna u bir ragun ghaliex il-problema kbira li ghandna fit-tim mhux biss il-kwalita izda wisq aktar il-personalita ta’ dawn il-players.
Kontra fiorentina ergajna rajna medjokrita li rajna qabel il-waqfa kontra torino fid-derby bl-istess atitudni li ma’ lanqas diffikulta hadd ma’ jrid il-ballun. Tqassim hazin banali biex ma’ nsemmux l-ewwel half ta’ l-irqad li rajna tahseb li qed tara friendly bejn il hbieb qabel xarba u ikla tajba!
Izda ha nibdew forsi insibu skuza u naghtu punt lil dawn il-medjokri ta’ players li ghandna. Ergajna spiccajna vittmi ta’ decizjoni mafjuza u mehuda letteralment biex tkompli taghmlilna l-hsara u jkomplu jitfawna l-isfel fil-klassifika bid-decizjoni ta’ l-gharef Guida mill-VAR biex biddel id-decizjoni ta’ l-gharef liehor Doveri li ma’ ddejjaq xejn jibdel decizjoni tieghu stess li kienet cara daqs il-kristall. Nixtieq inkun naf Comolli u s-socjeta x’ser jghidu!!
Il-miraklu ta’ Kostic u l-gowl tal-vantagg fl-ahhar minuta ma’ sewa xejn ghaliex nahseb li fid-dressing rooms niehdu l-gamomilla u nohorgu reqdin! Ergajna qlajna gowl fotokopja kontra lazio, din id-darba flok David kien Thuram li nizzel ballun bir-ras lil avversarji b’Mandragora jerga jwahhalulna ghat-tieni sena konsekuttiva. L-istess Thuram la semmejnih jidher ukoll li waqa fil-monotonija ta’ shabu u dawn l-ahhar loghbiet qed nisthajlu qisu njama wieqfa fil-midfield.
Sfortunatament is-sitwazzjoni mhiex sabiha, inutli nwahhlu fil-kowcis u f’dak u fl-iehor din hi r-realta ta’ Juventus illum il-gurnata, medjokrita fil-players u konvint personalment li anka fid-dirigenza rega ghandna nies medjokri u dik hija problema akbar!
FORZA JUVE DEJJEM

