LURA GHAL 3 PUNTIby Pierre Borg
Fl-ahhar ergajna lura ghal rebh, xi haga li konna qed nistennew ghaliex gharmejna wisq punti tul dawn l-ghaxar loghbiet ghal hafna ragunijiet. Fl-opinjoni tieghi l-akbar raguni kienet l-injuries li ma’ jridux ihalluna bi kwietna, in-nuqqas ta’ bilanc fl-iskwadra li ghada ma’ sabitx l-ewwel hdax u nuqqas ta’ certa konvinzjoni fil-mentalita.
Fil-partita kontra Udinese rajna Juventus koncentrata minghajr hafna frenezija biex nifthu l-iskor izda rajna certa intelligenza fit-tim li nistennew il-mument opportun biex niskurjaw u hekk gara. Rajt progress f’certa players specjalment fil-midfield fejn Khepran Thuram kellu partita tajba hafna u kien b’sahhtu u ha certa inizjattiva u filfatt wassal ghal gowl li tefghana fil-vantagg.
Imbaghad xi nghidu ghal Koopmeiners li bih fil-grawnd nkunu totalment differenti u anka jekk ghadu mhux il-Koopmeiners ta’ Atalanta xorta l-intelligenza tattika tieghu tiddomina u ddahhal aktar fiducja fi players ohra.
L-istess Timothy Weah li qed narawh jitjieb loghba wara ohra u qed ikun determinanti. Il-bierah rega kellu partita tajba z-zaghzugh Savona li ha l-player of the match u bir-ragun ghax anka skorja t-tieni gowl li ghalaq pratikament il-loghba.
Izda rridu nzommu saqajna ma’ l-art ghaliex dan it-tim sa issa urina li filli jtellalna l-moral u f’daqqa naghmlu ghaxar passi lura. Novembru ha jkun xahar li gejjin hafna u hafna loghbiet li zgur ser ituna hafna indikazjonijiet cari il-fejn ser nimxu ghal bqija ta’ l-istagun.
Sadanittant bhal dejjem
FORZA JUVE