Magħrufa d-data meta se jinstema’ l-Appellby Matthew Scerri
Il-Collegio di Garanzia tal-Coni se jkun qed jiddeciedi fid-19 ta’ April dwar l-Appell imressaq minn Juventus għas-sentenza tal-20 ta’ Jannar li wasslet biex Juventus tnaqqsulhom 15-il punt fil-klassifika. Fid-19 ta’ April, fis-2.30 ta’ waranofsinhar se tibda s-seduta u probabbli li dakinhar stess filgħaxija jkollna l-verdett. Infakkru li l-Collegio di Garanzia mhux se jidħlu fil-mertu tal-piena mogħtija lil Juventus u lill-eks uffiċċjali tagħha, imma jrid jistabilixxi jekk mil-lat tekniku l-kawża li wasslet għas-sentenza tmexxietx skont il-proċeduri kollha stabbiliti mil-liġi. Jekk is-sentenza tkun ikkonfermata anki mill-Collegio di Garanzia tal-Coni, Juventus ikunu jistgħu jkomplu l-battalja legali tagħhom fil-Qrati Ċivili.
Matthew Scerri