Magħrufa n-nies nominati minn Exor għall-Bord tad-Diretturi ta’ Juventusby Matthew Scerri
Exor ħabbret illum il-lista tal-ħames persuni li huma se jinnominaw sabiex jiffurmaw parti mill-Bord il-ġdid tad-Diretturi ta’ Juventus. Il-ħames persuni huma: Fioranna Negri, Maurizio Scanavino, Gianluca Ferrero, Laura Cappiello u Diego Pistone. Kif mistenni huma kollha nies qrib ħafna ta’ John Elkann b’expertise fil-qasam legali u kummerċajli. Tnejn minnhom huma saħansitra esperti tekniċi li jaħdmu fil-Qrati ta’ Milan. Il-Bord ta’ qabel kien magħmul minn għaxar min-nies u allura issa hemm eżatt in-nofs. Irridu naraw jekk ix-share-holders l-oħra humiex se jkunu qed jinnominaw persuni oħra fil-bord. Il-ħatra tagħhom tkun uffiċjali fit-18 ta’ Jannar.
Matthew Scerri