Maħtur il-Bord tad-Diretturi l-ġdid ta’ Juventusby Matthew Scerri
Illum inħatar b’mod uffiċjali l-Bord tad-Diretturi l-ġdid ta’ Juventus. L-uniċi nomini kienu dawk mressqa minn Exor, li huma x-share-holders ewlenin tal-klabb Juventin b’63.8% tax-shares. Il- ħames kandidati ġew maħtura bħala Diretturi ta’ Juventus wara votazzjoni fil-Laqgħa tax-share-holders. Il-ħames Diretturi huma: Fioranna Vittoria Negri, Maurizio Scanavino, Gianluca Ferrero, Diego Pistone u Laura Cappiello. Huma kollha esperti fil-qasam legali u f’dak amministrattiv-finanzjarju. Huma se jkunu qed jaqilgħu 40,000 Ewro fis-sena.
Matthew Scerri