Messagg mill-President fl-okkazjoni tal-50 sena Anniversarjuby Juventus Club
Messagg mill-President fl-okkazjoni tal-50 Anniversarju tal-Juventus Club Vero Amore (1975)
13 ta’ April 1975 – 13 ta’ April, 2025. Hamsin Sena, Anniversarju tad-Deheb. Dan hu li ahna tal-Juventus Club Vero Amore (1975) bi kburija kbira qed niccelebraw illum. Hu unur ghalija bhala l’aktar President li domt fil-kariga u l’aktar li domt inservi fil-kumitat minghajr waqfien, li qed inwassal dan il messagg f’din l-okkazjoni aktar unika milli rari ghalina il partitarji Juventini ta’dawn il-gzejjer.
Hamsin sena ta storja, ta’ mhabba, storja ta’ club, pero’ fuq kollox storja ta’ dedikazzjoni, sagrificcji u hidma bla waqfien sa mill-bidu taghha. Dmir taghna li llum insellmu lil dawk il-pijunieri li nhar it-13 ta’ April 1975 poggew l-ewwel gebla li fuqha nbena dan il-monument Juventin f’pajjizna.
Illum, ahna ghadna nkunu kburin li mhux biss ahna rikonoxxuti ufficjalment bhala l-20 club Juventin imwaqqaf fid-dinja izda l-uniku club ufficjali li ospita personalment zewg Presidenti, Giampiero Boniperti (1987) u Jean Claude Blanc (2008). Onorati wkoll biz-zjarat tal-captains Bianconeri Giuseppe Furino (1980), Antonio Conte (2002), Gigi Buffon (2007) fis-sede taghna waqt li kienu fl-attivita. Dan minbarra ghadd ta players u ex players li matul l-ahhar snin onorawna bil-prezenza taghhom fostna.
Fuq kollox, il-club taghna huwa l-ewwel u l-uniku supporters’ club Juventin fid-dinja li t-team kollu Juventin zar is-sede taghna f’dak il jum memorabbli ta’ l-10 ta’ Jannar 2008. Dan juri bic-car ir-rispett, ir-rikonoxxenza u l-ammirazzjoni li ngawdu barra minn xtuna u mill-gerarkija Juventina. Niehu din l-okkazjoni specjali biex f’isem il-Kumitat, membri u f’ismi personali nirringrazzja lil dawk kollha li b’mod jew iehor hadmu u qed jahdmu biex ghamlu lill-club taghna wiehed mill-akbar clubs fl-Italja u f’pajjizna.
Ngħalaq billi min qalbi nirringrazzja l-isponsors kollha ta l-appoġġ kontinwu li dejjem sibt mingħandom, sabiex il-holma tiegħi li jkollna l-isbaħ u l-akbar klabb Juventin saret realtà.
AD MULTOS ANNOS
Juventus Club Vero Amore (Malta 1975).
Joseph Fenech
President