• Youtube
  • Facebook
  • Instagram
  • Soundcloud
  • WhatsApp
  • 0Shopping Cart
Juventus Club Vero Amore Malta
  • Merħba
  • Sħubija
    • Dettalji Dwar Sħubija
    • Issieħeb Online
    • Issieħeb Bil-Posta
  • Fan Club
  • Juventus Card
  • Klabb
    • Sponsors
    • Aħbarijiet
  • Ikkuntattjana
  • Turin
    • Lukanda
  • Search
  • Menu Menu

Meta se nikbru?by Aleandro Bartolo

Ħafna supporters Juventini insabu kemxejn irrabjati għall-fatt li Juventus se jneħħu lil Demiral. F’dawn is-sigħat qrajt u smajt ħafna. Inħossni li qed ngħix sitwazzjoni li diġà rajna u għexna ftit tas-snin ilu meta tneħħa Caldara biex ġibna lura lil Bonucci. Nemmen li dat-trasferiment ta’ Demiral iwassalna għal numru ta’ riflessjonijiet.

Qabelxejn, ninsab konvint li Juventus ilhom snin li bidlu l-istrateġija tal-mercato tagħhom u xi ftit jew wisq tilfu l-bravura tagħhom fis-suq tat-trasferimenti. Aħna qed niskantaw li Atalanta xtraw lil Romero bi ftit flus u bigħuh għal somma kbira. Niskantaw b’dan kollu u donna ninsew li dan hu dak li dejjem għamilna aħna kemm fi żmien Moggi (Vieri, Inzaghi u bella kumpanija) kif ukoll fl-ewwel snin tal-era Marotta-Paratici (Pogba fuq kulħadd). Illum m’għandniex kapaċi naġixxu b’dal-mod. Sirna naraw l-ismijiet biss, il-plejers affermati, u t-talenti tagħna m’aħniex ngħinuhom jikbru. Plejers bħal Bentancur u Bernardeschi mhux talli mhux jikbru, talli kull sena donnhom sejrin lura u allura ħadd ma jkun iridhom (l-aktar bil-pagi li għandhom). Plejers bħal Caldara u Romero lanqas qatt lagħbu minuta magħna u nxtraw biss biex jinħolqu l-plusvalenze. Plejers bħal Demiral se jkunu telqu mingħajr ma ħadna xejn verament minnhom. Plejers bħal Fagioli, Dragusin u oħrajn bilkemm narawhom f’partita ta’ ħbiberija, aħseb u ara kemm se jilagħbu tul l-istaġun biex juru x’jafu. Inżid anki li De Ligt qatt ma rajnieh jilgħab tajjeb daqs meta kien ma’ Ajax u nemmen li taħt Allegri mhux se jkollu postu garantit biex jibqgħu jilagħbu Chiellini-Bonucci. Qed nibqgħu nġeddu kuntratti ta’ plejers kbar fl-età (il-lezzjoni Khedira-Mandzukic mili jidher ma tgħallimnihiex!) u ninsabu skjavi ta’ kuntratti mogħtija lil plejers normali tipo Szczesny, Ramsey, eċċ li huma mħallsa daqslikieku huma stilel mentri fil-verità mhumiex (u allura ħadd ma jrid jixtrihom!!). Nafu li tlifna l-opportunità li nixtru lil Donnarumma u Haaland għax ma ma stajniex neħilsu minn Szczesny u Higuain.

Issa d-domanda hi: meta se nindunaw li hemm bżonn bidla fl-istrateġija marbuta mas-suq tat-trasferimenti? McKennie s-sena li għaddiet u Kaio Jorge dis-sena huma sinjal li l-affarijiet se jinbidlu jew huma biss kumbinazzjonijiet dovuti għall-kriżi maħluqa mill-Covid-19? U nżid: meta se nibdew naħdmu serjament biex insibu sostituti validi għal plejers li nafu li għamlu żmienhom (tipo Alex Sandro)? Meta se nibdew inħarsu b’mod ħolistiku lejn staġun sħiħ minflok nibdlu fehemtna fuq plejer sempliċiment għal ikun għamel partita jew tnejn tajbin lejn tmiem is-sena? U meta se nibdew nippjanaw serjament il-futur tat-tim flok noqogħu nraqqu kull sena (tipo ġġib lura lil Pjanic li ilu snin li naqqas sew jew iġġib lura lil De Sciglio, Rugani u Perin li nafu sew xi jsarrfu). Xi kultant inħoss li Juventus ilhom erba’ snin maqbudin fl-istess sitwazzjoni u mhumiex kapaċi jibdlu r-rotta. Xtraw lil Ronaldo biex mingħalihom jirbħu ċ-Champions League, imma naf li plejer waħdu ma jrebbħek, speċjalment meta jkollok midfield ta’ kwalità fjakka immense kif kellna fl-aħħar tliet snin u  kif għad għandna s’issa.

Jiddispjaċini ngħid imma nħoss li ilna snin ma nikbru bħal tim.  M’aħniex nikbru fil-kwalità tal-amministrazzjoni tat-tim. M’aħniex nikbru fil-kwalità tal-plejers li hemm fit-tim. M’aħniex nikbru fil-kwalità tal-logħob tat-tim. Qed nikkuntentaw li nibqgħu kull sena fuq quddiem fl-Italja. Nagħmlu l-minimu f’kollox (fis-suq tat-trasferimenti u fil-grawnd) biex nirbħu l-unuri fl-Italja iżda m’aħniex nikbru biżżejjed biex nirbħu fl-Ewropa. Qed jikber biss id-dejn (u ilu jikber minn qabel il-pandemija) biex nibqgħu fl-istess livell. Ejjew inkunu onesti: kemm verament ħadna gost fl-aħħar tliet snin? Il-problema mhix li jitlaq Demiral ,,, il-problema hi li jekk inħarsu lejn min rebaħ fl-Ewropa fl-aħħar għoxrin sena insibu li rebaħ dejjem min kien armat sew, min lagħab tajjeb, min bena tim qawwi b’paċenzja u intelliġenza. Għadna ‘l bogħod minn dak il-mudell.

Matthew Scerri

  • Share on Facebook
  • Share on Twitter
  • Share on WhatsApp
  • Share on LinkedIn

AĦBARIJIET OĦRAJN

AĦBARIJIET KOLLHA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (15 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (14 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (13 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (12 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (11 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (10 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (9 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (8 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (7 ta’ Lulju 2025) AQRA
L-ewwel paġni tal-gazzetti tal-isports Taljani (6 ta’ Lulju 2025) AQRA

IKKUNTATJANA

Triq Madre Maria Theresa Spinelli
Birkirkara BKR 4920
Malta

Email – [email protected]

Ghall-booking ta’ mejda waqt il-partiti cempel +356 77208585

Hinijiet tal-ftuh tal-ufficju:

Kull nhar ta’ Tlieta u Ħamis bejn is-6:30pm u 8:00pm kif ukoll minn siegħa qabel kull partita ta’ Juventus.

Waqt ħinijiet tal-ftuħ ċempel +356 21480851
Ħinijiet oħra ċempel jew SMS +356 79618994

Fejn ssibna

RATI SĦUBIJA MAL-CLUB

Adult – €25

Anzjan – €20

Żgħażagħ – €20

Tfal – €10

Baby – FREE

© Copyright - NLG
  • Youtube
  • Facebook
  • Instagram
  • Soundcloud
  • WhatsApp
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (4 ta’ Awwissu 2021) Kaio Jorge jasal Turin illum!
Scroll to top
We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept All”, you consent to the use of ALL the cookies. However, you may visit "Cookie Settings" to provide a controlled consent.
Cookie SettingsAccept All
Manage consent

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
cookielawinfo-checkbox-analytics11 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checkbox-functional11 monthsThe cookie is set by GDPR cookie consent to record the user consent for the cookies in the category "Functional".
cookielawinfo-checkbox-necessary11 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies is used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
cookielawinfo-checkbox-others11 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Other.
cookielawinfo-checkbox-performance11 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Performance".
viewed_cookie_policy11 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether or not user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Functional
Functional cookies help to perform certain functionalities like sharing the content of the website on social media platforms, collect feedbacks, and other third-party features.
Performance
Performance cookies are used to understand and analyze the key performance indexes of the website which helps in delivering a better user experience for the visitors.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Advertisement
Advertisement cookies are used to provide visitors with relevant ads and marketing campaigns. These cookies track visitors across websites and collect information to provide customized ads.
Others
Other uncategorized cookies are those that are being analyzed and have not been classified into a category as yet.
SAVE & ACCEPT