Napoli-Juventus 1-0by Aleandro Bartolo
Waslet telfa oħra għal Juventus wara tliet rebħiet konsekuttivi fil-kampjonat. Għall-kuntrarju ta’ dak li rajna fis-Super Cup, did-darba Juventus niżlu b’inqas grinta fil-grawnd. Fl-Ewwel Taqsima t-tim deher slow wisq u spiss il-logħob kien ibbażat fuq azzjonijiet individwali iktar milli lagħbu kollettivament bħala tim. Napoli marru fil-vantaġġ b’penalty mogħti minn Insigne għal żball ta’ Chiellini. Fit-Tieni Taqsima t-tim Juventin deher jilgħab aħjar u għalkemm finalment kien ħaqqu minn tal-inqas id-draw, il-partita ntemmet b’Napoli jirbħu 1-0.
NAPOLI-JUVENTUS 1-0
Skurja: Insigne (pen.) (N)
Napoli (4-2-3-1): Meret, Di Lorenzo, Rrahmani, Maksimovic, Mario Rui, Bakayoko, Zielinski (Elmas), Politano (Fabian Ruiz), Insigne (Lobotka), Lozano, Osimhen (Petagna). Kowċ: Gattuso.
Juventus (4-4-2): Szczesny; Cuadrado (Alex Sandro), De Ligt, Chiellini, Danilo; Bernardeschi (McKennie), Bentancur (Kulusevski), Rabiot, Chiesa; Morata, Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Referee: Doveri.
Karti sofor: Di Lorenzo (N), Chiellini (J), Cuadrado (J), Bakayoko (N), Rabiot (J).
Matthew Scerri