Napoli ma jridux jilagħbu kontra Juventus fis-17 ta’ Marzuby Aleandro Bartolo
Skont il-gazzetta Il Mattino Aurelio De Laurentis ma jridx li Juventus-Napoli tintlagħab fis-17 ta’ Marzu. Hu qed jilmenta li li f’dik il-ġimgħa Napoli għandhom diġà żewġ partiti barra minn darhom kontra Milan u Roma. Il-verità hi li d-data tas-17 ta’ Marzu li l-unika waħda disponibbli għalissa minħabba li Juventus għadhom qed jieħdu sehem f’kull kompetizzjoni. Is-saga ta’ din il-partita tidher li se tkompli u jkun tassew ħaġa paradossali jekk l-Lega Calcio terġa’ tbaxxi rasha għall-kapriċċi ta’ Napoli.
Matthew Scerri