NIFS ZGHAZUGHby Pierre Borg
Fil-partita ta lbierah rajna kemm l-investiment li sar fiz-zghazagh donnu beda jaghti l-frott lura u dan mhux biss miz-zghazagh li ghadom maghna bhal Yildiz li anke fetah l-iskor b’gowl meraviljuz izda miz-zewg nahat ghaliex players mislufin bhal Barranchea u Soule ukoll urew personalita u kwalita li kapaci jilghabu fl-ghola livelli.
Bhal dejjem il-bierah soffrejna mhux ftit izda fortunatament wasal it-tieni gowl ta’ Vlahovic illi rritorna ghal gowl u personalment hadt gost ghalih ghaliex investiment bhal dan hemm bzonn li nirkuprawh u jien wiehed minn dawk li jien kritiku hafna lejn Vlahovic izda kif dejjem nikteb u nghid il-bierah anka Milik sab l-istess diffikultajiet u dan ghaliex fil-midfield ghandna nuqqas ta’ kwalita kbira u b’hekk l-attakanti qed isoffru minn dan ghax ftit jaslu blalen u crosses u filfatt il bierah kif wasal cross tajjeb minn naha ta Mckennie, Vlahovic ma’ hafirx.
Semmejt lil Mckennie u nerga nfahhar lil dan il player illi kien wiehed minn dawk li ma’ kontx niflah narah ma’ l-ewwel hdax izda illum nasal nghid li sar fondamentali fit-tim flimkien ma’ Rabiot li ghalkemm ikollu mumenti li jnaqqas mir-ritmu xorta jaghti dik l-esperjenza u kwalita li tant ikollna bzonn.
Bhas-soltu d-difett taghna kien illi mal-gowl tal-vantagg waqafna nilghabu u bdejna bhal dejjem niddefendu baxxi wisq ghalkemm ikkontrollajna tajjeb izda kellna bidu hazin hafna fit-tieni taqsima u filfatt wasal il-gowl tad-dro b’difiza prattikament skjerata; Kostic halla l-avversarju jahrablu u qallana l-gowl tad-dro u fl-opinjoni tieghi Kostic huwa d-dizappunt tal-mument.
Kif ghidt ghal kuntrarju tal-loghba kontra Genoa wasal it-tieni gowl li rebbahna l-partita u ikkonfermajt illi meta nitfghu imqar cross decenti f’loghba shiha l-attakanti taghna huma kapaci jsibu x-xibka. Nista nghid li b’forma hazina ta’ Kostic ipatti ghalih Cambiaso li ukoll qieghed jikber partita wara ohra u konvint li ser ikun wiehed mil-padestalli tal futur.
Il-bierah kellna ghal darbohra gowl mhassar ta’ Vlahovic ghal centimetru offside u naturalment il-var kontrina tahdem u tiddeciedi f’sekonda imbghad filghaxija assistejna ghal porkerijja ohra li naghtu penalty car kristall u wara nbiddlu d-decizjoni halli ma’ jmorrux il-Juventus jersqu aktar vicin l-angli tal-paci.
Hekk il-bambin irid ghaliex qeghdin mwahhlin ma’ ta’ fuq ergajna qed nisimghu bi prokuri u investigazjonijiet u titli biex nergaw nibdew il-kantalena illi la ma nistghux neghlbuhom fil-pitch tahdem xi prokura! Nistennew u naraw.
Qabel naghlaq xtaqt ntikom u nawguralkom lilkom huti Juventini il-milied it-tajjeb u minn qalbi nghidilkom grazzi talli dejjem taqraw dawn l-artikli u turu nteress u tikkumentaw. Grazzi u awguri lit-tmexxija kollha ta’ dan il-klabb glorjuz taghna l-Vero Amore u grazzi lil kumitat tax-xoghol kollu li taghmlu ghalina tul is-sena kollha.
Il-milied it-tajjeb.