Nota ta’ Juventus: “M’aħniex involuti fil-każ ta’ Suarez”by Aleandro Bartolo
Juventus FC wieġbu għal xi domandi li ressqulhom ix-share-holders tal-klabb. Waħda mid-domandi kienet dwar il-każ ta’ Luis Suarez. Juventus ikkonfermaw li huma qatt ma qabbdu lill-ebda avukat sabiex jorganizza l-eżami ta’ Suarez. L-avukatessa Turco kienet qed taħdem biss bħala konsulenta tal-istaff legali mqabbad minn Suarez. Skont in-nota ta’ Juventus ħafna mit-telefonati li dehru fil-media ma kinux korretti fis-sens li taw informazzjoni mhux korretta u ttieħdet barra mill-kuntest tagħha. Barra minn hekk Juventus kitbu li Suarez iddeċieda li jagħmel l-eżami minkejja li kien jaf li Juventus ma kinux se jiffirmawh.
Matthew Scerri