Numri eċċezzjonali għal Ronaldoby Aleandro Bartolo
Żgur li kulħadd jaqbel dwar il-bravura assoluta ta’ Cristiano Ronaldo. L-istatistika turina li l-2020 għalih kienet sena tassew mimlija gowls. Komplessivament hu skurja 44 gowl fl-44 partita li lagħab dis-sena. Jekk inħarsu biss lejn il-partiti ma’ Juventus fl-2020, insibu li CR7 skurja 33 gowl f’28 partita tas-Serie A. Fiċ-Champions League sab ix-xibka sitt darbiet f’sitt partiti, filwaqt li l-gowls fil-Coppa Italia kienu tnejn f’erba’ partiti. Komplessivament hu skurja 38 gowl f’41 partita ma’ Juventus fl-2020. Interessanti li hu sar l-ewwel plejer Juventin mill-1961 ‘l hawn li skurja 33 gowl fis-Serie A f’perjodu ta’ sena tal-kalendarju. Qablu kien Omar Sivori li proprju fl-1961 skurja 33 gowl fil-kampjonat bejn Jannar u Diċembru.
Matthew Scerri