Paratici: “Meta jgħidulna mmorru nilagħbu”by Aleandro Bartolo
Intervistat minn ġurnalisti ta’ Sky qabel il-partita kontra Fiorentina, Fabio Paratici tkellem dwar is-sentenza tal-Collegio di Garanzia dwar Juventus-Napoli. Paratici sostna li Juventus jħossuhom “indifferenti” għal dil-kwisjtoni. Żied: “Meta se jgħidulna d-data se mmorru għal-logħob u se nieħdu magħna l-ballun. Aħna konna hemm anki fl-4 ta’ Ottubru.” Paratici ċċara anki li Rabiot kellu jiskonta s-sospensjoni llum peress li r-regolament jgħid li s-sospensjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel partita wara s-sentenza.
Matthew Scerri