PARTITA FANTASTIKAby Pierre Borg
Partita u rebha fantastika kontra Napoli, konna ilna nistennew rebha hekk kontra tim kbir, rebha netta, skjetta, b’determinazjoni u rabja sportiva fil-players taghna.
Vera li Napoli kellhom bosta players neqsin u ghaddejin minn mument xejn sabih izda nistghu nghidu li qeghdin f’sitwazjoni kif konna ahna meta laghbna kontrijom fl-ewwel round.
Din il-partita regghet urietna il-progress kbir li sar f’certu players taghna bhal Thuram u Locatelli. Jonathan David li tant ikritikajt l-ewwel wiehed jien rega sab ix-xibka u tefghana fil-vantagg, insemmi lil Mckennie generozita kbira.
Rajna Tim determinat u jaf x’irid, xi haga li tant immisjajna f’dawn is-snin difficli. Konvint li jekk inkomplu sejrin hekk taht it-tmexxija ta’ Spalletti ma’ jdumx ma’ jerga jkollna zmien sabih, li ghandna bzonn hija hafna kontinwita.
Nahseb li din kienet tip ta’ partita li ttellana targa ohra fil-konvinzjoni li nistghu iva nigu minn ta’ quddiem u nibnu bazi soda ghal futur. Ghad fadal x’ nirrangaw izda b’dan il-mod qieghed jidher bic-car min haqqu jilbes dan il-flokk glorjuz jew le.
Minn Naha l-ohra rajna Napoli fqar mentalment u fizikament, xi haga li qed turina li Antonio Conte meta jkollu l-ewropa ukoll ghadu jsib diffilkulta biex isib metodu sod li jiflah ghal hafna mpenji wara li hafna ghamluh il-guru tal-preparazzjoni atletika.
Ergajna tlajna fil-klassifika u meta niftakar fit-telfa ta’ Cagliari nerga naqa f’rabja kbira imma hekk kellu jkun. Inharsu l-quddiem u bhal dejjem
FORZA JUVE

