PASS TA’ FEKRUNAby Pierre Borg
Ghaddiet ohra, propjament ghaddiet passjoni ohra ghaliex ma’ hemmx kelma ahjar minn passjoni u qtiegh il-qalb kull partita nilghabu ma’ min nilghabu.
Minghajr l-ebda dubju fl-opinjoni tieghi dan huwa wiehed mill-ghar timijiet li kellna Juventus f’dawn is-snin twal ta’ storja nazzarda nghid li anka fis-sena ta’ Del Neri rajna ftit ahjar minn hekk.
Nigi ghal partita li kwazi bhal dejjem kellna bidu pjuttost tajjeb fejn kellna tlett opportunitajiet tad-deheb fejn Vlahovic tilef kull opportunita li gietu quddiem il-lasta u anka kwazi b’lasta vojta laqat il-wieqfa wara harba tajba ta’ Chiesa u cross tajjeb. Wara ftit minuti Vlahovic tilef opportunità ohra din id-darba minn cross ta’ Gatti. Vlahovic huwa simbolu ezatt ta’ din l-iskwadra voldiri inkosistenti u traskurat tal-biza.
Izda jkolli nerga nirrepeti diskors li diga ktibt kemm il-darba f’artikli ohra u mistoqsijiet li naghmel lili innifsi u lilkom biex nara u naqsam maghkom jekk tarawx u tahsbuwa bhali. Kif jista jkun nittrenjaw gimgha shiha u ma nifilhux partita shiha? Ghaliex kulhadd anka torino grew id-doppju taghna? Ghaliex ahna l-players taghna bla hegga u anka l-aktar tqassima elementari u semplici nizbaljaw? Dawn fost il-gimgha x’jaghmlu jittrenjaw? Isir pjan serju tal-partita li tkun gejja? Ghax tant qeghdin naraw porkeriji ta’ partiti illi jigini kull dubju.
Inutli li nigi ghat-tibdiliet li saru ghaliex dejjem l-istess qisek qed tara ripetizzjoni tal-partita li ghaddiet u tattikament ma’ jinbidel assolutament xejn. Li nilghabu bi 3 quddiem nistghu naqtghu qiesna ghaliex zgur mhuwiex ser jazzarda! Mela l-vittmi dejjem ikunu Chiesa u Kostic u qatt ma’ nippruvaw lil Yildiz wara Chiesa u Vlahovic forsi jasal ballun sura lejn l-attakanti.
Nasal nghid ukoll li nirringrazjaw lil Mulej li hadna punt mid-derby ghaliex fl-ahhar minuti torino kellom l-istess opportunita u azzjoni tal-gowl li qlajna ma’ lazio biex taraw kemm minn partita ghal ohra ma’ jinbidel assolutament xejn.
Ghalhekk igri tghaddi din il-passjoni kollha u nitolbu li nibqghu mal-ewwel erba ghaliex kif ili nghid ghandi dubji serji.
FORZA JUVE DEJJEM