PERSONALITA ZEROby Pierre Borg
L-iskuzi spiccaw, il-players mil-injuries hafna minnhom dahlu u xorta bqajna bl-istess zbalji u minghajr personalita ta’ xejn.
Taghmel half bhal dak fejn konna kwazi perfetti u stajna morna fil-vantagg qabel meta Yildiz falla cans inkredibbli bil-gowler ma’ l-art ghazel li jixxutja go fih flok iccipja ftit il-ballun. L-unika haga pozittiva f’din il-partita kien il-gowl fid-debutt ta’ Kolo Muani fejn zgur ma’ kinitx xi haga facli li tiddebutta go Napli.
Fit-tieni taqsima sparixxejna, ghal darb’ohra nikkonferma li l-kowc li ghandna nahseb fid-dressing room flok struzzjonijiet iqassam il-gamomilla lil players ghaliex nohorgu letteralment illupjati u skantati fejn mil-bidu beda jberraq li gej il-gowl tad-dro.
Tasal l-ennezima tghaffiga ta’ Cambiaso li minn pass hazin tieghu rega qallana gowl iehor, dan il-player jidher car li gara xi haga u mohhu mhux hemm u lanqas fizikament mhux qieghed sew u pratikament Politano stordih tul il-partita. Inkredibbli d-decizjonijiet ta’ Motta li lil Danilo sabbatlu l-bieb f’wiccu u lil Cambiaso li jidher li ma jdumx wisq ma’ jitlaq, nilghabuh mal-ewwel hdax partita wara ohra. Zball wara iehor u ta’ bilhaqq, x’ sar minnu l-akkwist Alberto Costa (12 il-miljun + 3 bonus?), ghaliex Kolo Muani mal-ewwel jiddebutta u Costa ghadu jsahhan il-bank? Jaqaw Savona li meta jidhol tahsbu qed jara lil fatati bil-biza li jkollu fuqu ahjar minnu? Dawn x’tip ta’ decizjonijiet huma? Dawn praspar u frejjeg.
Minn naha l-ohra rajna d-determinazjoni, l-fizicita , l-ghatx tar-rebh minn tim li s-sena l-ohra kien spiccut pratikkament bl-istess tim! Dik hi d-differenza bejn kowc u iehor. Il-kowc taghna mhux mal-players jikkonsulta imma jaghmel qrara ma’ l-assistent! U rajna r-rizultat fit-tieni taqsima bis-soltu zbalji banali mill-listess players tas-soltu u ma’ bnejniex azzjoni wahda f’taqsima shiha.
Personalment dak li bdejt nibza fil-bidu tal-istagun ser jigri, dan il-progett diga falla, dan il-kowc mhuwiex ta’ Juventus izda l-akbar problema hija li s-socjeta Juventus dabet! Assenti! La taf min hu l-president u wisq anqas min qed imexxi! Li hu zgur li ghandna xorti naraw is-sitt post ahseb u ara kemm ha naraw successi!
Izda bhal dejjem sa l-ahhar nifs;
FORZA JUVE, IL-JUVE REALI, TAGHNA TAS-SAPPORTERS LI DEJJEM HEMM FIT TAJJEB U L-HAZIN.