Plejer Juventin ieħor pożittiv għall-Covid-19?by Aleandro Bartolo
Il Corriere dello Sport żvelaw b’mod esklussiv li jista’ jkun hemm plejer ieħor ta’ Juventus pożittiv għall-Covid-19. Illum se jsiru l-iswab tests ta’ lejlet il-partita, biss hemm il-biża’ li dal-plejer jittesta pożittiv. L-isem tal-plejer mhuwiex magħruf. Min jaf jekk il-każ huwiex marbuta mal-ħafna plejers pożittivi li nstabu fl-aħħar jiem wara li temmu l-impenji mat-tim nazzjonali Taljan (9 każijiet b’kollox bejn staff u plejers). Nittamaw li t-tests jagħtu eżitu negattiv.
Matthew Scerri