Plejers ta’ Lazio l-ewwel pożittivi u wara negattivi għat-test tal-Covid-19by Aleandro Bartolo
Ikompli t-taħwid fit-tim ta’ Lazio b’rabta mat-testijiet tal-Covid-19. Illum saru rapid tests lill-plejers kollha min-naħa tal-Campus Biomedico ta’ Roma. Fl-istess ħin saru swab tests, dejjem għall-plejers kollha min-naħa tal-Futura Diagnostica ta’ Avellino. Mir-rapid tests irriżulta li kien hemm tliet plejers pożittivi. L-iswab tests, però, taw riżultat ieħor: ħadd mill-plejers mhu pożittiv. F’dan l-istadju għadu mhuwiex magħruf magħriuf jekk dawn it-tlett iplejers humiex realment se jkunu jistgħu jilagħbu nhar il-Ħadd kontra Juventus.
Intant tajjeb infakkru li l-FIGC diġà fetħet inkjesta dwar il-possibbilità ta’ ksur tal-protokoll min-naħa ta’ Lazio meta jista’ jkun li Immobile, Leiva u Strakosha lagħbu minkejja li kienu pożittiv għall-Covid-19.
Matthew Scerri