Plusvalenze u manovra stipendi. Santoriello jastjeni mill-kawża fil-Qrati Ċiviliby Matthew Scerri
Ħamest ijiem oħra, fis-27 ta’ Marzu, se tkompli l-kumpilazzjoni tal-kawża fil-Qrati Ċivili b’rabta mal-hekk imsejħa plusvalenze fittizji u l-‘manovra stipendi’. Illum tħabbar li Ciro Santoriello mhux se jkun parti mill-pool ta’ maġistrati li f’isem tal-Procura ta’ Turin se jmexxu l-akkuża. Hu warrab minn rajh wara l-ħafna polemiki li qamu ftit tal-ġimgħat ilu meta ħareġ filmat tiegħu fejn jistqarr pubblikament li hu supporter ta’ Napoli I li jobgħod lil Juventus. Quddiem il-Giudice d’Udienza Preliminare se jidhru l-magistrati Mario Bendoni u Marco Gianoglio f’isem il-Procura ta’ Turin.
Matthew Scerri