Porto-Juventus 2-1by Aleandro Bartolo
Telfa oħra għal Juventus li wriet għal darb’oħra d-difetti kollha ta’ dat-tim: nuqqas ta’ esperjenza fit-tmexxija, nofs il-grawnd nieqes mill-kwalità, mentalità żbaljata, difiża esposta wisq għall-attakki tal-avversarji, nuqqas ta’ ideat, logħob difensiv wisq li ma jisfruttax il-kwalitajiet tal-plejers fit-tim, u nistgħu nibqgħu sejrin hekk. Ma’ dawn inżidu xi problemi li dehru fl-aħħar jiem: in-nuqqas ta’ reazzjoni mit-tim fil-grawnd biex jingħelbu d-diffikultajiet, kif ukoll ftit li xejn dehru l-attakkanti fil-grawnd. Il-problemi ta’ Juventus ilhom mill-bidu tal-istaġun u qatt ma ssolvew. Kif dejjem għidna, dat-tim għandu kollox biex ikun kompetittiv u jiġġieled għar-rebħ ta’ unuri. Però biex verament nimmiraw għar-rebħ, il-problemi jridu jissolvew malajr kemm jista’ jkun.
PORTO-JUVENTUS 2-1
Skurjaw: Taremi (P), Marega (P), Chiesa (J).
Porto (4-4-2): Marchesin; Manafa, Mbemba, Pepe, Zaidu; Corona (Loum), Uribe, Oliveira (C. Conceicao), Otavio (Luis Diaz); Marega (Grujic), Taremi. Kowċ: S. Conceicao.
Juventus (4-4-2): Szczesny; Danilo, De Ligt, Chiellini (Demiral), Alex Sandro; Chiesa, Bentancur, Rabiot, McKennie (Morata); Kulusevski (Ramsey), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.
Referee: Del Cerro Grande (Spa).
Karti sofor: De Ligt (J), Danilo (J), Demiral (J), Alex Sandro (J).
Matthew Scerri