Punt fl-Ewropaby Pierre Borg
Ir-ritorn tal-loghob fic-champions league ma’ kienx wiehed brillanti ghalina wara li konna gibna 3 punti mportantissimi kontra Manchester city.
Kif dejjem ktibt u qsamt maghkom l-opinjonijiet tieghi u kif drajna dan l-istagun b’wirjiet u mumenti tajbin u ohrajn letteralment bil-kontra u hekk gara. Wara loghba tajba kontra Milan ma’ kellniex konferma mit-tim taghna, li ghal darb’ohra nghid li ghamilna pass lura minn wara l-loghba tal-kampjonat.
Pussess tal-ballun kellna kemm trid bhas-soltu izda aktar ma’ jghaddi zmien aktar qed tidher in-necessita ta’ attakant fil-kaxxa li kapaci jsib il-lasta spiss. Kontra Brugge bla dubju kellna c-cansijiet taghna b’Nico Gonzales wera li zgur mhuwiex finalizzatur ghaliex tilef cans inkredibbli filwaqt li l-gowler avversarju Mignolet gab l-uniku save tajjeb fuq xutt ta’ Locatelli.
Bla dubju kontra Brugge kienet loghba li kella tintrebah u ghal darb’ohra kellna konferma li ghadna l-boghod biex naraw il-vera Juventus u t-triq mhux se tkun facli. Filwaqt li hemm players bhal Thuram li jidher li beda jidra u jikber u jkun dejjem ahjar kull partita, hemm ohrajn li ghadom ma’ urewx li huma ta’ Juventus.
Biex dawn il-players jakkwistaw fiducja u konvinzjoni fihom infusom irridu nsibu l-kontwita fir-rizultati u mhux dawn l-iskossi li qed ikollna f’wahda tajba u ohra hazina. Players bhal Savona qed juri sofferenza tremenda f’loghbiet ewropej fejn qed ikun timidu mmens.
Certu ghazliet fil-formazzjoni ergajt ma’ fimthomx izda nista nissoponi li forsi b’dawn il-loghbiet kolla Thiago Motta qed jipprova kemm jista jkun juza hafna players.
Gejja loghba krucjali kontra Napoli, loghba difficilissima kontra l-ewwel fil-klassifika. X’taqbad tghid? Bejn tixtieqa tasal u bejn le ghaliex it-tim taghna s’issa kontinwita ma’ sabx u fl-istess hin jaf jissorprendina b’wirja u rizultat sabih.
Sadanittant
FORZA JUVE DEJJEM